MediaToday

Aħbarijiet | 21 ta’ Ottubru 2007 • Nr 51

Soprataxxa ta’ madwar 30%?

Kurt Sansone

Mill-ewwel darba li l-Partit Laburista wiegħed li jnaqqas is-soprataxxa fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma bin-nofs, l-ikbar mistoqsija fuq fomm kulħadd kienet ‘in-nofs ta’ xiex’?
Sa fl-aħħar dik il-mistoqsija twieġbet f’iktar dettal mid-Deputat Mexxej Laburista u Kelliem għall-Finanzi Charles Mangion f’intervista li ta lil din il-gazzetta, anki jekk naqas milli jindika r-rata preċiża tas-soprataxxa.
Mangion jgħid li s-sena bażi li fuqha nħadmu l-kalkoli mill-MLP hi l-2006, is-sena li fiha l-pajjiż esperjenza l-ogħla kontijiet s’issa.
“F’dik is-sena l-Gvern daħħal bejn Lm22 miljun u Lm24 miljun mill-konsumaturi permezz tas-soprataxxa. Aħna qed ngħidu li l-konsumatur domestiku għandu jikkontribwixxi nofs dak l-ammont, jiġifieri s-soprataxxa tista’ tonqos għal madwar Lm12-il miljun,” isostni Mangion.

Kalkolu bażiku li għamlet din il-gazzetta juri li l-medja tas-soprataxxa fl-2006 kienet ta’ 60%, bl-ogħla rata tkun ta’ 67.5% f’Marzu u April u l-inqas rata tkun 47.5% bejn Jannar u Frar. Dan ifisser li bil-proposta Laburista s-soprataxxa fuq il-kontijijet tad-dawl u l-ilma tista’ tkun ta’ madwar 30%. Ir-rata eżatta tista’ tvarja xi ftit ’l hemm jew ’l hawn għax irid jittieħed kont tas-sehem li tħallas l-industrija li llum għandu capping fuqu.
Mangion jgħid li bid-dħul tal-Gvern kif inhu llum l-MLP jemmen li din il-miżura tista’ tittieħed.
“L-impatt fuq il-Gvern se jkun inqas milli maħsub għax b’iktar flus fl-idejn jikber il-konsum u l-Gvern jerġa’ jiġbor parti minn sehmu permezz tal-VAT.
“Apparti dan, l-ispiża marbuta man-nefqa kapitali fuq Mater Dei se tispiċċa u għalhekk se jkun hemm iktar flus f’idejn il-Gvern. Iżda Gvern Laburista jara wkoll li jkunu ffrankati l-flus li bħalissa qed jitberbqu minħabba nuqqas ta’ kontrolli fuq numru ta’ proġetti oħra tal-Gvern.”
Meta nġibditlu l-attenzjoni għall-fatt li l-prezz taż-żejt dejjem tiela’ u xi ħadd se jkollu jħallas għalih, Mangion jirribatti billi jgħid li “l-poplu qed iħallas ukoll għal ħafna mill-cost overruns f’kull proġett pubbliku.”

 

Intervista

Mhux se nħottu dak li hu tajjeb
Kurt Sansone jintervista lil Charles Mangion, Deputat Mexxej Laburista


Editorijal

Baġit tajjeb imma...


Il Punt
Il-baġit jista' jitjieb
Edward Fenech

TONI u PEPPI
Il-baġit: kaċċa għall-voti?


Emmanuel Micallef
Lil hinn mill-baġit...


Carmelo Mifsud Bonnici

Avanzi Kostituzzjonali



X'kien Jgħid
Come on England



Wenzu Mintoff

Opportuniżmu fis-sod

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075