Ittri | 21 ta’ Ottubru 2007 • Nr 51
minn Alex Saliba,
Ħal Tarxien
Il-Partit Nazzjonalista llum il-ġurnata sar qisu timbru. Ma kulfejn imiss iħalli timbru ċar ta’ intolleranza politika, inkompetenza u korruzzjoni. Ninsab ċert li Lawrence Gonzi dalwaqt tispiċċalu l-linka.
Il-Konferenza Ġenerali tal-PN dan l-aħħar kienet timbru kbir ieħor f’dan is-sens. Filwaqt li l-features bejn kelliem u ieħor, li aktar stajt inxebbagħhom ma’ dawk il-vidjos li juru fl-Istrina milli features politiċi, kulħadd seta’ jara lill-cowboy tal-PN, Austin Gatt, jibbumbardja lil Alfred Sant b’malafama liema bħala u jxebbħu ma’ wieħed fis-sakra u li jiblagħhom. Din hi l-maturità politika ta’ Gonzi? Iżda t-timbru din id-darba kien ittimbrat ukoll minn Transparency International li kklassifikat lil Malta bħala wieħed mill-aktar pajjiżi korrotti. Malta tqablet ma’ Papa New Guinea u l-Bahrein. Ħaġa ta’ l-iskantament li ħarġet minn dan ir-rapport kienet li pajjiż dittatorjali, il-Kuba, qed tnaqqas il-korruzzjoni u Malta, demokratika u sovrana minflok tmur ’il quddiem qabdet it-triq għan-niżla.
Kelma oħra toqgħod għall-Gvern Nazzjonalista hi inkompetenti. Gonzi ilu jiftaħar is-snin kemm investa fl-edukazzjoni u l-passi ta’ ġgant li għamilna f’dan il-qasam. Ix-xitan m’għandux ħalib u għaldarb’oħra l-bużżieqa tal-PN reġgħet infaqgħet f’wiċċhom għax Malta ġiet fil-qiegħ nett fost il-pajjiżi kollha Ewropej.
Issa ħarġu wkoll ktieb ta’ 356 paġna li Joe Saliba tant ftaħar bih fil-Konferenza Ġenerali u qal li dakinhar b’għaġeb kbir sabhom fl-uffiċċju tiegħu.
Dan il-ktieb però vera ġej mill-ajru għax għadni ma nistax nifhem x’inhuma dawn il-mijiet ta’ wegħdi li wettaq il-PN fil-Gvern.
Tgħid dawn il-wegħdi fadlilhom sas-sena 2015 biex jitwettqu u għalhekk il-PN għandu bżonn iktar ħin fil-gvern?
|
|
Editorijal
Il Punt
Edward Fenech
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|