Aħbarijiet | 14 ta’ Ottubru 2007 • Nr 50
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Il-kumpanija Gutenberg Press Ltd se tinvesti Lm1.5 miljun biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta.
Sorsi viċin il-Malta Enterprise ikkonfermaw li sa Diċembru 2009 il-kumpanija mistennija żżid 25 ħaddiem ġdid mal-101 ħaddiem li hemm bħalissa.
Il-Gutenberg Press hi waħda mill-kumpaniji ewlenin ta’ l-istampar f’Malta u twaqqfet fl-1987. Il-kumpanija tesporta 70 fil-mija tax-xogħol tagħha lejn is-suq Ingliż u lokalment il-klijent ewlieni tagħha hu l-Playmobil.
Matul is-sena li għaddiet il-Gutenberg Press saħħet l-investiment tagħha bi proġett favur l-ambjent. B’investiment ta’ Lm100,000 fl-2006 il-Gutenberg Press xtrat makkinarju li jagħmel riċiklaġġ ta’ karti wżati, materjal li mbagħad jiġi esportat barra minn Malta. Il-makkinarju jiflaħ jagħmel riċiklaġġ ta’ dan it-tip ta’ materjal, inklużi karti wżati li jinġabru mill-iskips, f’qatet ta’ 400 kilogramma jew aktar.
L-investiment il-ġdid jinkludi żewġ magni ġodda li bejniethom jiswew Lm712,478. Waħda mill-magni, li hi 10-colour printing machine, bdiet tintuża f’Lulju li għadda filwaqt li t-2-colour printer ieħor mistenni li jibda jintuża fi Frar tas-sena d-dieħla.
|
|
FEATURES
Iddawnlowdja l-features f'PDF

Iż-żegt bl-għoli

Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier

Dokument ta' qabel... l-elezzjoni

Mimlijin daqs bajda

Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità

Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007

Baħar sħun banju

Għal darb' oħra f'salib it-toroq

Logħba tal- biza'
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|