Aħbarijiet | 14 ta’ Ottubru 2007 • Nr 50
Julia Farrugia
Fl-ewwel intervista minn mindu nħatar President tal-GWU minflok Salvu Sammut, Victor Carachi jagħti ħjiel ta’ l-istil maniġerjali li bih irid imexxi l-union, speċjalment wara l-inkwiet intern li nqala’ tul dawn l-aħħar sentejn.
Jidher li l-għażla ta’ Carachi hi waħda strateġika aktar milli politika. Bid-daqqa ta’ ħarta finanzjarja li ħadet il-union meta tilfet il-Cargo Handling, li kien l-ikbar sors ta’ dħul, il-kwalitajiet maniġerjali u l-isfond tiegħu bħala bankier jistgħu jkunu l-ingredjenti li għandha bżonn il-union għaż-żmien li ġej.
L-istil iktar moderat ta’ Carachi jikkuntrasta mal-militanza li ħakmet lill-GWU f’dawn l-aħħar snin u li wassal għal numru ta’ konfronti li minnhom iddgħajfet il-union.
Carachi jammetti li t-telfien tal-Cargo Handling, wara li l-Gvern iddeċieda li jwaqqaf monopolju biex jagħtih lil xi ħaddieħor, kien daqqa ta’ ħarta.
“Issa l-GWU qed tuża r-riżorsi tagħha kollha, kemm il-flus kontanti kif ukoll l-assi l-oħra li għandha nkluż il-proprjetà. Barra minnhekk qed naraw li nżommu l-ispejjeż kemm jista’ jkun baxxi,” jgħid.
Jikkonferma li l-union qed tidħol ukoll fil-bejgħ u x-xiri tal-proprjetà, għalkemm iżomm lura milli jgħid jekk dan jinkludix ukoll negozju barra minn Malta.
Dwar ir-riżenji li kellha l-union tul dawn l-aħħar snin jgħid li jiddispjaċih li ġara hekk. “Imma rridu nkomplu għaddejjin u nħarsu ’l quddiem,” isostni filwaqt li jgħid li fl-istess żmien li kien hemm it-taqlib żdiedu ma’ l-4,000 membru ġdid fil-union.
Ara intervista
|
|
FEATURES
Iddawnlowdja l-features f'PDF

Iż-żegt bl-għoli

Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier

Dokument ta' qabel... l-elezzjoni

Mimlijin daqs bajda

Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità

Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007

Baħar sħun banju

Għal darb' oħra f'salib it-toroq

Logħba tal- biza'
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|