MediaToday

Ittri | 14 ta’ Ottubru 2007 • Nr 50

Skrutinju mill-Awditur Ġenerali

Minn Saviour Cachia,
Marsaskala

Jekk se naslu biex il-partiti politiċi jkunu ffinanzjati mit-taxxi tal-poplu għat-tisħiħ tad-demokrazija u għall-argument naqbel li hu pass loġiku, il-partiti politiċi kollha li se jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li jmiss għandhom jitolbu l-kunsens ta’ l-elettorat.
Kollha għandhom jiddikjaraw fil-manifest elettorali tagħhom li wasal iż-żmien li l-poplu jiffinanzja l-partiti politiċi. Jistqarru li lesti jagħmlu pubblika kull donazzjoni li tingħata, ikun xi jkun l-ammont minn Lm1 sa Lm20,000 u li fuq kollox jagħtu d-dritt ta’ l-iskrutinju lill-Awditur Ġenerali.
Fejn ilhom jistennew mill-1995 biex jidħlu fis-seħħ ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni Galdes, jieħdu paċenzja u jistennew ftit ieħor u ma japprovawx liġijiet simili lejlet elezzjoni.
Li jistgħu jiddiskutu f’dan l-istadju l-partiti li se jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali hu kemm għandu jkun il-vot li jiġi approvat mill-Parlament għall-iffinanzjar tal-partiti.
Jekk xorta jkun hemm negozjanti li jaraw vantaġġ f’li jgħaddu finanzi lil xi partit jew ieħor jagħmlu dan kemm iridu imma kollox irid ikun dikjarat u skruntinjat uffiċjalment mill-Awditur Ġenerali.
F’għotjiet minn negozjanti jew individwi ma nara l-ebda lok ta’ capping.
Iż-żminijiet inbiddlu u forsi m’għadux il-każ li tiddobba biċċa trakk, ikollok mikrofonu u tara kif twassal lill-elettorat il-messaġġ tal-partit tiegħek. Imma jekk se nimxu maż-żminijiet jinħtieġu eluf kbar ta’ liri. L-inqas li jista’ jsir f’din iċ-ċirkostanza hu li jkun hemm serħan ir-ras li se jkun hemm rendikont uffiċjali għal kull ċenteżmu li jingħataw il-partiti.

FEATURES

Iddawnlowdja l-features f'PDF


Iż-żegt bl-għoli



Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier



Dokument ta' qabel... l-elezzjoni



Mimlijin daqs bajda



Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità



Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007



Baħar sħun banju



Għal darb' oħra f'salib it-toroq



Logħba tal- biza'

 

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075