MediaToday

Ittri | 14 ta’ Ottubru 2007 • Nr 50

Id iebsa u s-solidarjetà

Minn Roev Zahra,
Ħal-Għaxaq

Nirreferi għall-Editorjal tat-23 ta’ Settembru fejn intqal li l-Prim Ministru fil-mass meeting ta’ l-Indipendenza qal li dwar l-imigrazzjoni illegali se jesiġi id iebsa ma’ l-Ewropa.
Id-diskors ma smajtux u allura qed nibbaża fuq dak li kien rappurtat. Naħseb li issa hu xi ftit tard li nesiġu id iebsa wara li aċċettajna Flight Information Region li testendi kważi minn tarf sa ieħor tal-Mediterran, bil-messaġġ li bgħatna jinftiehem li lesti noqogħdu għal dak li jimponu fuqna.
Intqal ukoll li l-Prim Ministru talab lin-nies juru solidarjetà. Xi ħaġa tajba. Imma kif se tispjegaha lil dawk l-anzjani li jkollhom jonfqu ammont sostanzjali ta’ flus mill-pensjoni tagħhom f’mediċini? Jew lil dawk iż-żgħażagħ li jarawha impossibbli li jibdew futur għax dak li jaħdmu għalih huma jgawdih ħaddieħor bis-sistemi ta’ tassazzjoni preżenti stil Robin Hood?
Rigward l-anzjani kien hemm min qalli li m’għandix argument għax jekk joqogħdu attenti mill-pensjoni jibqgħalhom minn fejn ifaddlu u jsiefru. Dan kliem ta’ persuna min-naħa tal-Gvern. Dik solidarjetà! Ma naħsibx li hu xieraq nikteb x’weġbuni xi anzjani meta għedtilhom xi tweġiba ngħatajt.
Minn dan kollu nislet il-konklużjoni li f’dan il-pajjiż qed ngħixu żewġ realtajiet differenti. Hemm dawk li qed jgħixu bejn il-ħitan ta’ l-uffiċċju mdawrin minn nies li jgħidulhom biss dak li jixtiequ jisimgħu u għalhekk qed jaraw libsa sabiħa.
Imbagħad hemm dawk li qed jgħixu l-ħajja fil-postijiet l-oħra u ilhom li ndunaw li l-imperatur qed jippassiġġa għarwien.

FEATURES

Iddawnlowdja l-features f'PDF


Iż-żegt bl-għoli



Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier



Dokument ta' qabel... l-elezzjoni



Mimlijin daqs bajda



Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità



Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007



Baħar sħun banju



Għal darb' oħra f'salib it-toroq



Logħba tal- biza'

 

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075