Ittri | 14 ta’ Ottubru 2007 • Nr 50
Minn Brian Agius,
Isla
Naħseb li Kurt Sansone nduna minn qabel x’se jiġri meta kiteb fuq il-mod kif il-PN jista’ jiffoka l-propaganda tiegħu billi jattakka lil Alfred Sant.
Qegħdin fl-2007 u minkejja dan iż-żmien qed naraw li l-PN baqa’ dak li kien. Hi ħasra li persuna tkun impinġija hekk minn nies li suppost huma ta’ skola u edukati u li llum qed imexxu pajjiż fl-Ewropa.
Mhux għax nitħassar lil Sant. Nemmen li jaf x’inhuma biżżejjed. Imma ma nistax nifhem kif jgħidu li huma tal-futur b’imġiba tal-passat. Fil-passat kienu kattivi fil-konfront ta’ Lino Spiteri b’diskors moqżież u llum jitkellmu fuq il-facelifts u t-tappieri.
Meta quddiem il-kumpless tas-Super 1 f’mass meeting konna għajjarna lil Eddie Fenech Adami pulċinell wara li giddeb lill-mexxej Laburista fuq il-każ ta’ ibnu, kien l-istess Sant li waqqafna. Ma kienetx l-ewwel darba li Sant għamel hekk.
Altru milli Sant hu bniedem tal-passat!
|
|
FEATURES
Iddawnlowdja l-features f'PDF

Iż-żegt bl-għoli

Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier

Dokument ta' qabel... l-elezzjoni

Mimlijin daqs bajda

Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità

Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007

Baħar sħun banju

Għal darb' oħra f'salib it-toroq

Logħba tal- biza'
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|