MediaToday

Aħbarijiet | 07 ta’ Ottubru 2007 • Nr 49

Tristan B… l-anġlu li nstabat

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Il-kantant Tristan B reġa’ għamilha: din id-darba fil-media internazzjonali. Ismu issa għamel ħoss fil-Belġju b’artiklu bit-titlu “Tristan B: L-anġlu li nstabat.”
L-artiklu bil-Fjamming deher fuq is-sit elettroniku www.eurosong.be. L-awtur Olivier Vanhoutte li ltaqa’ personalment ma’ Emanuel Balzan aktar minn darba, jgħid li “Tristan B, magħruf aħjar bħala Manuel Balzan, jidher li battietlu l-fortuna.”
Fl-artiklu jissemma kif il-kantant ħoloq aspettattivi kbar b’numru ta’ safriet barra minn Malta biex jippromwovi lilu nnifsu, kellu stejjer dwar ftehim internazzjonali li suppost kellu jagħmel ma’ kumpaniji ta’ diski internazzjonali, kellu kunċert kbir imħassar u kellu wkoll dar tad-diski li ċaħdet li se toħroġlu xi diski.
L-artiklu jgħid li għalkemm il-kantant Malti falla milli jasal fil-Malta Song for Europe, Tristan B u l-maniġment tiegħu komplew jimbuttaw biex forsi jidħlu fis-suq internazzjonali bid-diska Life is a Beat u fl-2006 mar fuq tour ta’ promozzjoni ma’ xi ħbieb fir-Rumanija u fil-Belġju.
Vanhoutte isostni li “uffiċjalment kien qed jingħad li hemm negozjati/taħdidiet ma’ Universal Belgium u l-Maniġment ta’ Tristan B biex joħorġu release tal-mużika tiegħu.”
Imma meta l-Universal Belgium intalbu għal kumment f’Diċembru dawn ċaħdu.
“Ma kien hemm l-ebda laqgħa mal-kantant u mhemm l-ebda intenzjoni li noħorġulu xi release.” L-artiklu jkompli jgħid li dan l-aħħar din iċ-ċaħda reġgħet dehret bil-miktub fuq www.eurosong.be.
L-artiklu fil-Belġju jikkummenta dwar il-kunċert ta’ Tristan B, Spagna u Ron li tħassar. L-awtur jirrimarka li f’Malta qed iduru rapporti li jgħidu li Tristan B qed jipprepara għal kunċert ieħor probabbilment barra minn Malta.
Mitlub minn Illum biex jagħtina l-kummenti tiegħu Olivier Vanhoutte jirrakkonta esperjenza oħra xejn pjaċevoli li għadda minnha tort ta’ Tristan B.
“Tristan B stedinni għal festin li din is-sena għamel f’għeluq sninu. Meta kien barra minn Malta kien qalli li mhux se jħallini noħroġ mill-ajruport b’taxi imma kien se jibgħatli limousine,” sostna Vanhoutte.
“Il-farsa hi li la Tristan B u lanqas il-limousine ma tfaċċat u kelli nċempel lill-kantanta Maltija ħabiba tiegħi li ġiet għalija hi.”

FEATURES

Iddawnlowdja l-features f'PDF


Iż-żegt bl-għoli



Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier



Dokument ta' qabel... l-elezzjoni



Mimlijin daqs bajda



Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità



Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007



Baħar sħun banju



Għal darb' oħra f'salib it-toroq



Logħba tal- biza'

 

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075