MediaToday

Aħbarijiet | 07 ta’ Ottubru 2007 • Nr 49

Is-sit ta’ l-internet ta’ l-Università ta’ Malta issa bil-Malti wkoll

Charlot Zahra
czahra@mediatoday.com.mt

Il-kampanja tal-ġurnal Illum fix-xhur li għaddew biex is-sit ta’ l-Internet ta’ l-Università ta’ Malta jsir bl-ilsien Malti ukoll jidher li ħalliet il-frott mixtieq meta tnieda s-sit il-ġdid.
Dan jinsab f’www.um.edu.mt u fih verżjoni bil-lingwa nazzjonali wkoll minbarra l-verżjoni bl-Ingliż.
Titwila lejn dan is-sit, li tnieda fil-bidu tas-sena akkademika l-ġdida ftit tal-jiem ilu, turi li l-verżjoni ewlenija baqgħet dik bl-Ingliż, iżda issa wieħed jista’ jidħol fil-verżjoni bil-Malti tas-sit billi jagħfas fuq link li jinsab fuq in-naħa tal-lemin ta’ l-arma ta’ l-Università ta’ Malta fil-paġna ewlenija.
Iżda sa lbieraħ il-verżjoni bil-Malti kienet għadha mhux qed tiffunzjona għal kollox fejn il-links fil-paġna ewlenija kienu għadhom ma jaħdmux. Fil-fatt meta tidħol fil-verżjoni bil-Malti ssib tabella bil-kliem “Dan is-sit għadu qed jinbena u se jkun aċċessibbli fi ftit żmien ieħor”.
Is-sit ta’ qabel, li kien ilu li jintuża sa mill-1998 u kien fih aktar minn 20,000 paġna, kien kważi kollu bl-Ingliż biss, bl-unika eċċezzjoni għas-sit tad-Dipartiment tal-Malti.
Il-proċess tad-disinn ta’ dan is-sit il-ġdid qed jitmexxa taħt is-superviżjoni ta’ kumitat imwaqqaf apposta mmexxi mill-Professur Josef Lauri bis-sehem ta’ rappreżentanti minn bosta dipartimenti akkademiċi u amminisrattivi.
Dan il-kumitat jinkludi rappreżentanza mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università biex jieħu ħsieb l-introduzzjoni tal-Malti fis-sit il-ġdid.
Il-proċess biex jinbidel għal kollox is-sit inqasam f’żewġ fażijiet. Is-sit ewlieni ta’ l-Università nbidel issa, filwaqt li s-siti tal-fakultajiet, id-dipartimenti, l-istituti, ċ-ċentri u entitajiet oħra fi ħdan l-Università se jinbdlu sal-bidu tas-sena akkademika li jmiss (2008/2009).

FEATURES

Iddawnlowdja l-features f'PDF


Iż-żegt bl-għoli



Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier



Dokument ta' qabel... l-elezzjoni



Mimlijin daqs bajda



Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità



Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007



Baħar sħun banju



Għal darb' oħra f'salib it-toroq



Logħba tal- biza'

 

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075