MediaToday

Aħbarijiet | 07 ta’ Ottubru 2007 • Nr 49

Art akbar minn ta’ Ninu tingħata kumpens miżeru

Julia Farrugia

Il-każ tas-Lm70,000 li ħa l-Ministru Ninu Zammit talli snin ilu l-Gvern ħadlu biċċa art qala’ furur fil-media Laburista. Imma issa anke ċittadini komuni qed jistaqsu kif għal ċertu kejl ma tintużax l-istess riga.
Illum għandha tagħrif dwar każ partikolari fejn proprjetarji fetħu kawża l-Qorti minħabba li l-Gvern tahom somma miżera għal biċċa art li ħadilhom.
L-art tinsab f’Ħal Safi u l-proprjetarji tteħditilhom fl-1995. Dak iż-żmien l-awtoritajiet offrew li lis-sidien jagħtuhom biss Lm3,600. Il-proprjetarji ħassew li dan il-prezz kien redikolu għax ma kienx jirrifletti l-prezz veru tas-suq f’dak iż-żmien.
Fattur ieħor li jista’ jħasseb liċ-ċittadin hu li mhux qed tintuża l-istess riga u dan meta art iżgħar ftit metri ’l bogħod f’Ħal Safi stess, li hi proprjetà tal-Ministru Ninu Zammit, ħadet eluf kbar ta’ liri.
Tliet snin wara, fl-1998, is-sidien fetħu kawża l-Qorti biex iressqu l-argumenti tagħhom.
L-art ta’ dawn il-proprjetarji, b’kobor ta’ 214 metru kwadru, tinsab f’Ħal Safi u 150 pied biss ‘il bogħod mill-art li kellu Ninu Zammit.

Il-Ministru Nazzjonalista ħadulu l-art fl-1987. Ta’ żewġ biċċiet art li bejniethom jagħmlu 187 metru kwadru Ninu Zammit ingħata Lm70,000.
Jekk wieħed jagħmel il-kalkoli sew isib li teknikament art li hija akbar ħadet ferm inqas flus minn kemm ħadet art iżgħar tal-Ministru Zammit. L-art ta’ dawn is-sidien tħallset bir-rata ta’ Lm16.83 għal kull metru kwadru.
Minn naħa l-oħra l-Ministru Ninu Zammit tħallas bir-rata ta’ Lm374.33 għal kull metru kwadru.
Kemm l-art li kellu Ninu Zammit kif ukoll dan il-każ partikolari jinsabu fiż-żona ta’ l-iżvilupp. F’dawn l-istejjer dejjem ħarġet l-istess mistoqsija: kif jinħadem il-kejl għal dawn il-ħlasijiet u xi spjegazzjoni jista’ bniedem jingħata meta art kbira tingħata ferm inqas flus minn art iżgħar minnha fl-istess triq?

FEATURES

Iddawnlowdja l-features f'PDF


Iż-żegt bl-għoli



Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier



Dokument ta' qabel... l-elezzjoni



Mimlijin daqs bajda



Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità



Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007



Baħar sħun banju



Għal darb' oħra f'salib it-toroq



Logħba tal- biza'

 

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075