Pjazzetta | 07 ta’ Ottubru 2007 • Nr 49
Stephen Vella, fotografu u membru tas-Soċjetà Fotografika Maltija, fetaħ wirja ta’ 15-il ritratt bla kulur bl-isem ta’ Trees fil-Fundazzjoni għall-Istudji Internazzjonali fi Triq San Pawl il-Belt bħala parti mill-attivitajiet ta’ Notte Bianca.
Ir-ritratti tiegħu jeħduk fil-qalb tas-siġar fejn l-artist esplora b’mod intimu l-kwalitajiet tas-suġġett. Vella esplora s-siġar minn angoli differenti, dettalji, gruppi ta’ siġar u l-logħob bid-dawl li jbiddel forom tqal f’forom ċatti.
F’uħud mix-xogħlijiet tiegħu Vella għandu ħabta juża kompożizzjoni astratta b’linji, forom li joħorġu d-delikatezza u ġieli anki l-fraġiltà f’disinni suwed fuq sfond abjad.
Il-fotografu spiss esperimenta fuq materjali ġodda u tiftix għal modi differenti ta’ kif tista’ tipproduċi ritratt. Hu ħadem ukoll b’bosta kameras differenti u wħud mix-xogħlijiet fil-wirja ttieħdu minn kamera ġugarell.
Il-wirja fetħet ilbieraħ u tinsab fil-bini ta’ l-Università l-Antika (il-Fudazzjoni) fil-Belt. Se tibqa’ għaddejja sat-22 ta’ Ottubru u tiftaħ matul il-ħinijiet ta’ l-uffiċċju.
Il-wirja setgħet tittella’ grazzi għall-Ministeru tat-Turiżmu u l-Kultura, il-Fundazzjoni għall-Istudji Internazzjonali u Custom Lab ltd.
Għal aktar informazzjoni ibgħat fuq vellaste@maltanet.net.
|
|
FEATURES
Iddawnlowdja l-features f'PDF

Iż-żegt bl-għoli

Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier

Dokument ta' qabel... l-elezzjoni

Mimlijin daqs bajda

Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità

Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007

Baħar sħun banju

Għal darb' oħra f'salib it-toroq

Logħba tal- biza'
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|