MediaToday

Ittri | 07 ta’ Ottubru 2007 • Nr 49

Helena Dalli u l-baġit tax-xandir pubbliku

Minn Lou Bondi,
Direttur We,
G’Mangia

Helena Dalli, il-kelliema tal-Partit Laburista fuq ix-xandir pubbliku, fil-verità la għandha interess u wisq inqas l-għarfien bażiku dwar kif jaħdem ix-xandir skond dak irrappurtat f’Illum, 30 ta’ Settembru.
L-ewwelnett, b’referenza ċara għal Bondiplus, qalet li dan jiswa lill-PBS Lm2,000 fil-ġimgħa jew Lm80,000 fuq skeda televiżiva ta’ 40 ġimgħa. Dan mhux veru.
Iżda Dalli għamlet xi ħaġa iktar gravi minn dan l-iżball lampanti. Uriet li m’għandhiex l-iċken idea kif taħdem l-industrija tax-xandir. Fuq iċ-ċifra, diġà żbaljata, ta’ Lm80,000 qalet li biha fil-poter: “B’dawk il-flus inħaddmu tmien ġurnalisti bravi b’paga ta’ Lm10,000 kull wieħed. Dawn jaħdmu biss biex itellgħu programmi ta’ ġrajjiet kurrenti ta’ livell.”
Ma nafx jekk dan l-argument hux tad-daħq jew tal-biki. Jidher li Dalli mingħaliha li biex ittella’ programm ta’ ġrajjiet kurrenti l-unika spiża li għandek hi l-paga tal-ġurnalisti. Qabdet Lm80,000, tat Lm10,000 kull wieħed lil tmien ġurnalisti u barra bid-daqq. Dan hu l-mod ġenjali ta’ kif Dalli tqassam il-baġit għax-xandir pubbliku? Dan hu li jfisser bidu ġdid għax-xandir b’Dalli ministru?
Kulmin għandu l-iċken idea ta’ kif jaħdem ix-xandir jaf il-verità x’inhi. Jaf li biex ittella’ programm trid tħallas għal studjo, camerapersons għall-filming ta’ qabel u waqt il-programm, edituri awdjoviżivi, xiri u kiri ta’ apparat li jiswa’ eluf ta’ liri, grafika, riċerka, servizzi ta’ direttur, soundpersons, assistenti tal-produzzjoni, floor manager, set, armar u żarmar ta’ set, dawl, marketing u relazzjonijiet pubbliċi, props, big screen, amministrazzjoni, uffiċini, trasport, telefon, internet, surveys, make-up u elf ħaġa oħra.
Għal Dalli dawn il-ħaddiema, servizzi u materjal ma jiswewx ċenteżmu wieħed! Nispera li jekk tkun hi Ministru responsabbli mill-PBS il-baġits ta’ l-istazzjoni ma tagħmilhomx hi għax il-PBS jispiċċa jkun l-ikbar piż finanzjarju fuq il-kaxxa ta’ Malta.

FEATURES

Iddawnlowdja l-features f'PDF


Iż-żegt bl-għoli



Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier



Dokument ta' qabel... l-elezzjoni



Mimlijin daqs bajda



Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità



Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007



Baħar sħun banju



Għal darb' oħra f'salib it-toroq



Logħba tal- biza'

 

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075