Aħbarijiet | 30 ta’ Settembru 2007 • Nr 48
Julia Farrugia
Il-kapparra li għandhom Lou Bondì u Peppi Azzopardi fuq il-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti li jixxandru fuq TVM tista’ tasal fi tmiemha bil-bidla fil-politika li qed jipproponi l-Partit Laburista ta’ kif isiru l-programmi fuq l-istazzjon nazzjonali.
Skond Helena Dalli, il-kelliema Laburista għax-xandir pubbliku, Gvern Laburista se jaddotta politika li “fejn hu possibbli programmi ta’ ġrajjiet kurrenti jsiru mill-ħaddiema tal-PBS stess.”
Mingħajr ma ssemmi l-programm b’ismu, iżda b’riferenza ċara għal Bondiplus, Dalli ssostni ma’ Illum li bit-Lm80,000 li l-PBS jonfoq għal dan il-programm ta’ ġrajjiet kurrenti jistgħu jitħaddmu “tmien ġurnalisti bravi b’paga ta’ Lm10,000 kull wieħed” u xogħolhom ikun li jtellgħu programmi ta’ ġrajjiet kurrenti ta’ livell.
F’intervista ma’ din il-gazzetta Dalli tgħid li l-Where’s Everybody, flimkien mal-kumpaniji kollha l-oħra, ikunu jistgħu japplikaw għal dawk il-programmi li se jkunu miftuħa għall-farming out.
Aqra l-intervista
|
|
FEATURES
Iddawnlowdja l-features f'PDF

Iż-żegt bl-għoli

Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier

Dokument ta' qabel... l-elezzjoni

Mimlijin daqs bajda

Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità

Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007

Baħar sħun banju

Għal darb' oħra f'salib it-toroq

Logħba tal- biza'
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|