MediaToday

Aħbarijiet | 30 ta’ Settembru 2007 • Nr 48

L-AD tapplika għal stazzjon tat-televiżjoni

Charlot Zahra

Alternattiva Demokratika se tingħaqad mal-partiti l-kbar meta ħabbret li kienet applikat għal liċenzja biex tħaddem stazzjon tat-televiżjoni fuq il-“cable” ftit tax-xhur biss qabel tissejjaħ elezzjoni ġenerali.
Meta kien qed jitkellem waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet barra l-uffiċini ta’ l-Awtorità tax-Xandir il-bieraħ, Harry Vassallo, iċ-Chairperson ta’ l-AD, qal li l-applikazzjoni għal stazzjon tat-televiżjoni kienet tressqet ftit tal-ġimgħat ilu.
Min-naħa tagħha l-Awtorità tax-Xandir wiegħdet lill-AD li kienet se toħroġ “letter of intent” għall-ħruġ tal-liċenzja tax-xandir bit-televiżjoni malli l-partit jgħaddi t-tagħrif kollu mitlub fl-applikazzjoni. Vassallo qal li l-AD mhix se tindaħal fit-tmexxija ta’ kuljum ta’ l-istazzjon u għaldaqstant kienet se toħroġ sejħa għall-offerti għat-tmexxija tiegħu.
Is-sejħa għall-offerti, li se toħroġ nhar it-Tnejn u tagħlaq 15-il jum wara, tinkludi ukoll il-provvista ta’ l-apparat tekniku kollu meħtieġ għall-produzzjoni u x-xandir ta’ l-istazzjon kif ukoll il-provvista tal-programmi, inkluż l-aħbarijiet u programmi ta’ ġrajjiet kurrenti.
Fl-istess waqt Vassallo tenna l-pożizzjoni ta’ l-AD li tkun lesta li tagħlaq l-istazzjon tat-televiżjoni “jekk il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista jagħlqu l-istazzjonijiet rispettivi tagħhom ukoll”.

FEATURES

Iddawnlowdja l-features f'PDF


Iż-żegt bl-għoli



Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier



Dokument ta' qabel... l-elezzjoni



Mimlijin daqs bajda



Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità



Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007



Baħar sħun banju



Għal darb' oħra f'salib it-toroq



Logħba tal- biza'

 

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075