Ittri | 30 ta’ Settembru 2007 • Nr 48
Minn Noel Duca,
Mosta
Fl-Ewwel Reġiment hemm nuqqas kbir ta’ suldati kemm minħabba l-għassa li trid issir ma’ l-immigranti irregolari kif ukoll għax qed jidħlu ftit wisq suldati kull sena.
Biex tkompli tgħaxxaqha ħafna suldati qed jitilqu għax isibu xogħol x’imkien ieħor fejn is-sigħat żejda jissarrfu fi flus.
Bħalissa l-qagħda tant hi kritika li s-suldati huma ordnati jaħdmu 24 siegħa żejda bla ħlas kull sitt ijiem, barra l-40 siegħa li jaħdem kulħadd, biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ suldati li hemm.
Hemm bżonn li tinstab soluzzjoni xierqa fi ftit żmien biex tissolva din is-sitwazzjoni ħalli jogħla l-moral fost is-suldati u l-armata tkun aktar effiċjenti f’xogħolha biex taqdi aħjar liċ-ċittadin.
|
|
FEATURES
Iddawnlowdja l-features f'PDF

Iż-żegt bl-għoli

Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier

Dokument ta' qabel... l-elezzjoni

Mimlijin daqs bajda

Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità

Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007

Baħar sħun banju

Għal darb' oħra f'salib it-toroq

Logħba tal- biza'
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|