MediaToday

Ittri | 30 ta’ Settembru 2007 • Nr 48

Id-divorzju u r-referendum

Minn Kevin Tanti,
Santa Venera

F’din il-gazzetta l-Ħadd li għadda kien hemm artiklu li tani indikazzjoni li l-partiti politiċi Maltin jaqblu li jagħmlu referendum dwar l-introduzzjoni tad-divorzju.
Dan żball għax bniedem li ż-żwieġ tiegħu sejjer tajjeb m’għandux bżonn l-introduzzjoni tad-divorzju u għalhekk jista’ jiġi jaqa’ u jqum minn min ma kellux żwieġ tajjeb u qed ibati.
Aktar minn hekk il-Knisja Kattolika żgur li tagħmel effett fuq il-vot tan-nies. Għalhekk nemmen li d-divorzju għandu jiddaħħal ħalli min kien xortih ħażina u jixtieq jerġa’ jipprova xortih ikollu dan iċ-ċans. B’referendum żgur li l-interess tal-persuni fil-bżonn tad-divorzju ma jkunx imħares għax il-maġġoranza ma jaqblux għax m’għandhomx interess.
Għalhekk minn qalbi nħeġġeġ lill-partiti kollha biex ikollhom il-kuraġġ u jieħdu deċiżjoni fl-interess tal-minoranza.

FEATURES

Iddawnlowdja l-features f'PDF


Iż-żegt bl-għoli



Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier



Dokument ta' qabel... l-elezzjoni



Mimlijin daqs bajda



Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità



Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007



Baħar sħun banju



Għal darb' oħra f'salib it-toroq



Logħba tal- biza'

 

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075