Aħbarijiet | 30 ta’ Settembru 2007 • Nr 48
Minn John M. Briffa,
Rappreżentant UĦM,
Floriana
Il-proposta tal-mexxej tal-Partit Laburista biex iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali jkollu rank ta’ Ministru u jattendi l-laqgħa tal-kabinett tal-Ministri reġgħet tefgħet dawl fuq dan il-Kunsill li fih jitwettaq id-djalogu soċjali.
Il-UĦM diġà tat ir-reazzjoni tagħha għax din il-proposta mhux waħda aċċettabli. M’aħniex lesti li nerġgħu ngħaddu minn fażi fil-qasam tad-djalogu soċjali fejn tintilef l-indipendenza tal-għaqdiet tal-ħaddiema u tal-kapi kostituzzjonali.
L-MCESD ma nagħtuhx aktar ħajja billi ċ-chairperson tiegħu jattendi l-laqgħat tal-kabinett u jkun wieħed fost kabinett ta’ ministri.
Dan ma jfissirx li l-UĦM ma tridx issaħħaħ id-djalogu soċjali. Hu l-Gvern permezz tar-rappreżentanti politiċi tiegħu, il-ministri u s-segretarji parlamentari, li jrid imur l-MCESD u mhux viċi versa. Il-prattika wriet li meta attendew dawn il-persuni l-MCESD ħadem ħafna u b’aktar effiċjenza.
Barra minnhekk il-UĦM fl-aħħar konferenza ġenerali approvat dokument dwar l-oqsma li għandhom jiġu diskussi fl-MCESD. Qed nipproponu li dawn l-oqsma jitqassmu f’dawk imsejħa ‘blu’ u ‘ħomor’.
L-oqsma ‘ħomor’ jibqa’ jkun il-Gvern li jiddeċiedi dwarhom filwaqt li dawk ‘blu’ jkun kompitu tal-MCESD u dan billi ssir votazzjoni fost ir-rappreżentanti kollha fl-MCESD. Din il-proposta jafu biha kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista. Hi proposta kuraġġuża li verament tagħti saħħa u ħajja ġdida lill-MCESD.
Il-partiti politiċi se jkollhom il-kuraġġ li jkomplu jitilqu mill-poter tagħhom u jgħadduh lil dan il-Kunsill?
|
|
FEATURES
Iddawnlowdja l-features f'PDF

Iż-żegt bl-għoli

Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier

Dokument ta' qabel... l-elezzjoni

Mimlijin daqs bajda

Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità

Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007

Baħar sħun banju

Għal darb' oħra f'salib it-toroq

Logħba tal- biza'
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|