Aħbarijiet | 30 ta’ Settembru 2007 • Nr 48
Minn Marisa Borg,
Birkirkara
Nannti toqgħod maġenb post li qed jitwaqqa’ biex jinbnew l-appartamenti u jiddispjaċini naraha tifga fit-trabien li jkun hemm. Nifhem li l-progress ma jistax jieqaf imma lanqas ma jrid isir b’dannu għas-saħħa tan-nies.
Li kieku l-bennejja jagħtu iktar kas lir-residenti ġirien ta’ fejn ikunu qed jaħdmu m’għandux għalfejn jinqalgħu problemi. Ma jistax ikun li x-xogħol ta’ tħaffir jibda minn kmieni filgħodu, it-trakkijiet kollha trab ma jinħaslux u lanqas ma jkollhom l-inċirata biex jgħattu t-tagħbija.
Għandna pajjiż b’rata għolja ta’ ażma u minflok naraw kif nagħmlu biex innaqqsu t-trab inkomplu nżiduh għax ħadd donnu m’għandu s-saħħa li jwaqqaf dawn il-prattiċi ta’ xogħol ħżiena.
|
|
FEATURES
Iddawnlowdja l-features f'PDF

Iż-żegt bl-għoli

Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier

Dokument ta' qabel... l-elezzjoni

Mimlijin daqs bajda

Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità

Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007

Baħar sħun banju

Għal darb' oħra f'salib it-toroq

Logħba tal- biza'
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|