MediaToday

Aħbarijiet | 23 ta’ Settembru 2007 • Nr 47

Mhux lest id-dokument dwar it-tfal fuq it-televixin

Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt

Il-politka l-ġdida li ma tħallix tfal jidhru fuq programmi tat-televixin għadha ma ġietx ippubblikata minkejja li l-iskedi l-ġodda ta’ l-istazzjonijiet bdew jew dalwaqt jibdew. Dan qalu kelliem għall-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni li kompla jispjega li bħalissa l-Kummissarju tat-Tfal Carmen Zammit flimkien mal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni qegħdin jaħdmu fuq politika ġdida li diġà hemm qbil fuqha.
Fil-fatt il-Kummissarju qalet, “Il-policy il-ġdida dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal fi programmi televiżivi jirriżultali li se tkun mibdula mill-Ministeru konċernat b’mod li l-interessi tat-tfal jiġu mħarsa u se tkun f’konformità mad-dikjarazzjoni maħruġa minn dan l-uffiċċju.
“Fil-policies li jirrigwardaw l-edukazzjoni, naturalment, se jkun involut il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni. Tax-Xandir Pubbliku hu taħt il-Ministru tat-Turiżmu u l-Kultura.”
Il-kelliem kompla jgħid,“Eventwalment nippubblikaw id-dokument. Il-qbil mal-Kummissarju hu li t-tfal ma jidhru fuq l-ebda programm immirat għal udjenza adulta. Li wieħed irid jara hu kif jiddefinixxi x’inhuma l-programmi għall-adulti.”
Mistoqsi jekk id-dokumenti humiex se jitlestew sa l-iskeda li jmiss jew ta’ wara, wieġeb: “Jien għadni ma rajt xejn lest. Imma m’għandhiex tieħu ħafna żmien. Iżda s’issa lanqas biss kien hemm talbiet għall-permess biex jidhru t-tfal fuq il-programmi tagħhom bħal per eżempju Tista’ Tkun Int.”
F’Ġunju li għadda din il-gazzetta staqsiet lil Zammit x’taħseb dwar il-permess miftuħ li l-preżentatriċi Rachel Vella ta’ Tista’ Tkun Int għandha mill-Awtoritajiet ta’ l-Edukazzjoni biex tkun tista’ tiffilmja fl-iskejjel pubbliċi kollha u tagħżel studenti biex jiġu ippremjati.
Għal dan il-Kummissarju kienet wieġbet li t-tfal m’għandhom jieħdu sehem fl-ebda programm immirat għall-udjenza matura jkun xi jkun l-iskop. Minflok it-tfal “għandhom jipparteċipaw fi programmi edukattivi jew ta’ divertiment għat-tfal imfasslin għal tfal bħalhom.”

FEATURES

Iddawnlowdja l-features f'PDF


Iż-żegt bl-għoli



Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier



Dokument ta' qabel... l-elezzjoni



Mimlijin daqs bajda



Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità



Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007



Baħar sħun banju



Għal darb' oħra f'salib it-toroq



Logħba tal- biza'

 

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075