Aħbarijiet | 09 ta’ Settembru 2007 • Nr 45
Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt
Wisq probabbli l-ktejjeb …life according to Oskar hu l-ewwel wieħed Malti li għandu l-protagonist tiegħu l-kelb tal-fenek. Hu ktejjeb mimli tpinġijiet bi ftit kliem bl-Ingliż taħthom li jirrakkuntaw l-istorja sempliċi ta’ kelb tal-fenek Għawdxi li sab familja ġdida ma’ min joqgħod. Hu jispiċċa jgħix in-Naxxar ma’ kelba oħra Ġermaniża jisimha Trulla li jirnexxielu jsir ħbieb magħha u anki jidħol fl-inkwiet.
Ebba von Fersen Balzan kitbet l-istorja u pinġietha bl-linka sewda li wżatha kemm mifqugħa bl-ilma kif ukoll b’normali biex toħloq linji preċiżi. Għalkemm il-ktejjeb hu addattat għat-tfal għax l-istampi huma sempliċi u fih ftit kliem miktub kbir, l-għan ma kienx li tiktbu għal udjenza żgħira.
“L-għan kien li jfakkar lin-nies li veru jħobbu l-annimali l-gost li jieħdu magħhom. Mhuwiex għat-tfal imma xorta tajjeb għalihom.”
Il-ktejjeb hu l-ewwel wieħed għall-artista u t-tieni wieħed għad-dar tal-pubblikazzjonijiet Choppy Books. Il-kittieba beħsiebha tippubblika xi kotba oħrajn fuq l-istess stil iżda se tistenna ftit għalissa. Il-kotba se jibqgħu fuq l-annimali għax tħobbhom wisq.
L-istejjer kollha ġraw fir-realtà, anki dik ippubblikata. Fil-fatt Oskar hu wieħed mill-klieb tagħha.
Li hemm veru tajjeb fil-ktieb hu l-mod li bih hu miktub. Tant hu miktub b’mod sempliċi li faċilment temmen li l-istorja qalha Oskar. Imbagħad il-wiċċ li għamel il-kelb meta rnexxielu jaqbad l-ewwel priża tiegħu hi wisq reali li kulmin għandu annimal id-dar kapaċi jagħrafha.
|
|
FEATURES
Iddawnlowdja l-features f'PDF

Iż-żegt bl-għoli

Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier

Dokument ta' qabel... l-elezzjoni

Mimlijin daqs bajda

Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità

Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007

Baħar sħun banju

Għal darb' oħra f'salib it-toroq

Logħba tal- biza'
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|