Aħbarijiet | 09 ta’ Settembru 2007 • Nr 45
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Tqieset xena mhux tas-soltu dik li kien hemm bħal-lum ġimgħa fil-Knisja taż-Żurrieq.
Ignatius Farrugia, is-Sindku taż-Żurrieq, meta kien wasal ħin l-offertorju qam mill-filliera fejn kien bilqiegħda u ħareġ biex itella’ l-offerti.
F’ħin minnhom raġel li kien fit-tieni bank qam minn postu u fost ħafna għajjat ħebb għas-Sindku. Seminarista li kien fil-knisja flimkien ma’ xi nies oħra żammew lir-raġel u ippruvaw jikkalmawh.
Sorsi qrib il-Pulizija ikkonfermaw li meta spiċċa l-paniġierku s-Sindku Farrugia għamel rapport dwar dan l-inċident fl-għassa taż-Żurrieq.
Nies viċin is-Sindku sostnew ma’ Illum li l-argument kompla anke wara li s-Sindku ħareġ mill-għassa tal-Pulizija.
Persuna li kienet preżenti għal dan l-inċident qalet lil din il-gazzetta li: “F’ħin minnhom Ignatius kien qed jitkellem mas-Surġent tal-Pulizija barra t-triq mar-raġel ieħor fuq is-Sindku u qallu: ‘Jekk tiġi fil-paniġierku li se jsir f’Novembru nkun jien li nkaxkrek ’il barra’.”
Kien f’dan il-punt li s-Surġent ġabar liż-żewġ persuni li kellhom il-konfront mas-Sindku.
Sorsi qrib Farrugia sostnew li semgħu lis-Sindku jgħid li “ħafer liż-żewġ persuni” u talab biex il-Pulizija ma tipproċedix fil-konfront tagħhom.
F’kumment lil Illum l-Arċipriet taż-Żurrieq Dun Charles Attard kellu kliem iebes għal dan l-inċident.
“Jien ma napprovax inċidenti ta’ din ix-xorta,” saħaq l-Arċipriet Dun Charles Attard. “Importanti li nittolleraw lil xulxin. Il-festi jiġu biex niċċelebraw u nifirħu imma bl-ebda mod m’għandhom iwasslu għal inċidenti bħal dawk tal-Ħadd li għadda,” temm jgħid l-Arċipriet Attard.
|
|
FEATURES
Iddawnlowdja l-features f'PDF

Iż-żegt bl-għoli

Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier

Dokument ta' qabel... l-elezzjoni

Mimlijin daqs bajda

Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità

Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007

Baħar sħun banju

Għal darb' oħra f'salib it-toroq

Logħba tal- biza'
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|