MediaToday

Aħbarijiet | 09 ta’ Settembru 2007 • Nr 45

Dokumenti għall-ixkaffa

Ir-rapporti tal-Gvern u l-MLP ma jinqraw minn ħadd

James Debono
Minkejja ħafna daqq tat-trombi huma anqas minn sitta fil-mija tal-Maltin li qraw id-dokument tal-Gvern ta’qabel il-budget u inqas minn tmienja fil-mija li qraw id-dokument tal-MLP: Pjan għal Bidu Ġdid.
Filwaqt li wieħed japprezza li l-maġġoranza tal-popolazzjoni m’għandhiex ħin taqra dokumenti twal, stħarriġ li għamlet din il-gazzetta juri wkoll li l-maġġoranza assoluta lanqas biss jafu x’fihom dawn id-dokumenti importanti li jfasslu l-politika tal-Gvern attwali għas-snin li jmiss u l-politika ta’ partit li jipproġetta ruħu bħala Gvern alternattiv.

Minkejja l-attentat tal-Prim Ministru biex issir konsultazzjoni mifruxa permezz ta’ bosta laqgħat ta’ djalogu ma’ setturi differenti huma biss 14% li jafu x’fih id-dokument ta’ qabel il-baġit.
Minkejja l-attentat tal-Partit Laburista li jidher propożittiv u anki jorganizza laqgħa mal-media biex iniedi dokument imfassal matul dawn l-aħħar snin, huma biss 22.7% li jafu x’fih id-dokument Pjan għal Bidu Ġdid.
Jidher ukoll li l-partiti qed jikkomunikaw biss ma’ minoranza tal-partitarji tagħhom.
Tant hu hekk li ħadd minn dawk li se jivvutaw MLP u ħadd minn dawk li għadhom indeċiżi ma qraw id-dokument ta’ qabel il-baġit imħejji mill-Gvern. Huma biss tmienja fil-mija ta’ dawk li għadhom indeċiżi li jafu x’fih dan id-dokument importanti. B’ċertu kuraġġ 2.5% li beħsiebhom jivvutaw PN u 4.2% ta’ l-indeċiżi rnexxielhom jaqraw id-dokument massiv tal-MLP. Iżda huma biss 15% ta’ l-indeċiżi li jafu x’fih id-dokument tal-MLP.
In-nuqqas ta’ tagħrif dwar id-dokumenti li ħarġu l-partiti jesponi s-superfiċjalità tas-sistema politika Maltija li iktar qed issir bbażata fuq l-immaġini tal-persunaġġi iktar mill-kontenut. Fl-istess ħin huma l-partiti stess bil-magna tagħhom li jżommu ħaj din il-klima.

FEATURES

Iddawnlowdja l-features f'PDF


Iż-żegt bl-għoli



Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier



Dokument ta' qabel... l-elezzjoni



Mimlijin daqs bajda



Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità



Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007



Baħar sħun banju



Għal darb' oħra f'salib it-toroq



Logħba tal- biza'

 

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075