MediaToday

Ittri | 09 ta’ Settembru 2007 • Nr 45

Grazzi lil Dun Daniel Xerri

Minn Noel Formosa,
Sindku,
San Lawrenz
 
Xi ġranet ilu l-komunità tagħna rċeviet l-aħbar li l-Kappillan Daniel Xerri, wara biss tliet snin jaqdi l-missjoni pastorali fostna, issejjaħ mill-Isqof biex jaqdi missjoni oħra, dik tal-formazzjoni tas-seminaristi bħala rettur.
Hi missjoni importanti ħafna għall-Knisja f'Għawdex. M’għandi l-ebda dubju li Dun Daniel se jkun tassew għodda tajba f'idejn il-Mulej kif kien fostna. Inwiegħed minn hawn lill-Kappillan it-talb u s-sosten tagħna bħala komunità f'din il-missjoni l-ġdida.
Għalina ta' San Lawrenz dan il-mument hu mument diffiċli ħafna. Inħossuna li tlifna l-missier spiritwali tagħna. Iżda l-Kappillan, għalkemm fi żmien qasir, għallimna biex f'kull sitwazzjoni fil-ħajja naraw l-id t'Alla.
Għallimna kif inħallu lil Alla jmexxi hu lill-ħajja tagħna.
Fid-dawl ta' din il-formazzjoni l-kelma tagħna hi waħda: grazzi Mulej talli tajtna dan il-ġid kollu u noffruh lil Alla biex id-Djoċesi tagħna tgawdi wkoll minn dan il-frott.
In-nuqqas tiegħu se jinħass iżda l-eżempju u t-tagħlim tiegħu se jibqgħu wkoll f'moħħna u f'qalbna.

FEATURES

Iddawnlowdja l-features f'PDF


Iż-żegt bl-għoli



Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier



Dokument ta' qabel... l-elezzjoni



Mimlijin daqs bajda



Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità



Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007



Baħar sħun banju



Għal darb' oħra f'salib it-toroq



Logħba tal- biza'

 

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075