MediaToday

Ittri | 09 ta’ Settembru 2007 • Nr 45

Taxxi u ġustizzja soċjali

Minn J. Briffa,
Żabbar

Ftit taż-żmien ilu l-GRTU fi stqarrija pubblika qalet li l-Gvern għandu jkompli jnaqqas l-income tax u ssemmiet li għandha titnaqqas l-għola rata ta’ 35 fil-mija. Dan, qalet il-GRTU, biex in-nies ikollha aktar flus x’tonfoq u jiżdied ix-xogħol.
Mhux biżżejjed li tistqarr b’mod simplistiku li għandhom jitnaqqsu t-taxxi biex jiżdied ix-xogħol. It-tnaqqis fit-taxxi jrid ukoll isir b’ġustizzja soċjali.
Fl-aħħar budget it-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul sar fil-faxex tan-nofs u dawk li jinsabu fuq. Allura skond il-GRTU għandu jerġa’ jsir l-istess? Persuni minn nofs ’l isfel ukoll għandhom self mal-banek.
Naħseb li fil-mument m’għandux isir tnaqqis fit-taxxa tad-dħul, imma jkun hemm għajnuna diretta lill-familji.

FEATURES

Iddawnlowdja l-features f'PDF


Iż-żegt bl-għoli



Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier



Dokument ta' qabel... l-elezzjoni



Mimlijin daqs bajda



Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità



Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007



Baħar sħun banju



Għal darb' oħra f'salib it-toroq



Logħba tal- biza'

 

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075