MediaToday

Aħbarijiet | 09 ta’ Settembru 2007 • Nr 45

Mussolini u Malta

John Paul Cordina,
Ibraġġ

Nixtieq nikkummenta fuq l-artiklu ‘Malta preżenti meta Mussolini ddikjara gwerra.’
Rajt il-programm imsemmi fl-artiklu, inkluż fejn tissemma Malta u naħseb li hemm spjegazzjoni oħra għall-kartellun bil-kelma Malta li kien muri meta Mussolini ddikjara gwerra kontra r-Renju Unit u Franza.
Dan il-kartellun kellu l-kelma Malta bil-kuluri Taljani warajha. Kien hemm ukoll żewġ kartelluni oħra simili bil-kliem ‘Savoia’ u ‘Corsica.’ Malta u dawn ir-reġjuni Franċiżi kienu fil-mira tad-dittatura Taljana ta’ dak iż-żmien bħala parti minn ‘Italia Irredenta.’ Corsica kienet taħt il-belt ta’ Genova sakemm il-gżira nbiegħet lir-renju Franċiż fis-sena 1768. Fis-sena 1860, Ir-renju ta’ Sardinja, li kien qiegħed fi gwerra kontra l-Awstrijaċi biex jgħaqqad l-Italja f’pajjiż wieħed, ta lir-reġjun ta’ Savoia u l-belt ta’ Nizza lill-Franċiżi biex jirċievu l-appoġġ tagħhom.
Fl-aħħarnett Malta kienet titqies tradizzjonalment bħala parti mir-renju ta’ Sqallija, xi ħaġa li tat lil Mussolini l-idea li l-gżejjer Maltin kienu Taljani bi dritt.
Dawn il-kartelluni kienu qed jindikaw il-partijiet ‘mitlufa’ ta’ l-Italja li bid-dikjarazzjoni ta’ gwerra kontra r-Renju Unit u Franza setgħu jinġiebu lura.
Jekk kienx hemm Maltin jappoġġaw dan hi storja oħra, għalkemm żgur li dawn in-nies naqsu sew fl-għadd meta waqgħu l-ewwel bombi f’Malta.

FEATURES

Iddawnlowdja l-features f'PDF


Iż-żegt bl-għoli



Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier



Dokument ta' qabel... l-elezzjoni



Mimlijin daqs bajda



Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità



Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007



Baħar sħun banju



Għal darb' oħra f'salib it-toroq



Logħba tal- biza'

 

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075