MediaToday

Ittri | 09 ta’ Settembru 2007 • Nr 45

Mhux aħjar tarmaw għalikom?

Minn Saviour Cachia,
Marsaskala

Qrajt b’attenzjoni l-mod kif irreaġixxa Eddy Privitera għall-kitba tiegħi li dehret f’din il-gazzetta fid-19 ta’ Awissu, bit-titlu ‘Eddy f’ġieħ il-karità.’
Niddikjara li għandi kull rispett lejn il-pożizzjoni tiegħu u ta’ sħabu l-membri fil-Kampanja għall- Ħelsien Nazzjonali fejn tidħol l-Unjoni Ewropea. Imma fi ftit kliem, naħseb u mhux nemmen li hi f’kunflitt assolut mal-pożizzjoni li addotta l-Partit Laburista ladarba sar magħruf ir-riżultat ta’ l-elezzjoni ġeneral ta’ l-2003.
Dakinhar il-poplu fil-maġġoranza assoluta kkonferma fil-Gvern lill-Partit Nazzjonalista biex ikompli fil-proċess ta’ sħubija ta’ pajjiżna fl-UE u eventwalment iwettaq waħda mill-kundizzjonijiet tas-sħubija, dik li tiddaħħal l-ewro.
Nafu li l-Partit Laburista rrispetta din id-deċiżjoni u minnufih beda jaħdem fix-xenarju l-ġdid anki jekk hu evidenti li sħubija fiha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi.
Forsi Privitera jaħseb li l-Partit Laburista ma qiesx il-punti kollha li qanqal fl-ittra tiegħu. Forsi l-partit ma ħassux dispjaċut li minkejja t-twissijiet tiegħu kif ukoll l-intriċċi li kienu għaddejjin, il-kelma tiegħu ma twemmnitx u l-poplu xorta baqa’ miexi lejn sħubija sħiħa?
Iżda l-partit kien għaqli biżżejjed li jirrikonoxxi s-sitwazzjoni u kif wiegħed onora l-ġudizzju tal-poplu fl-elezzjoni ġenerali.
Għalhekk filwaqt li nemmen li Eddy u sħabu għandhom ikollhom il-libertà kollha li jikkonvinċu lill-poplu li f’xi żmien pajjiżna għandu joħroġ mill-UE, mhux il-każ li jippretendu li jagħmlu dan taħt l-umbrella tal-Partit Laburista.
Min irid li Gvern Laburista jagħmel minn kollox biex ireġġa’ l-arloġġ lura ma jagħmilx sens. Min irid dan, allura joħroġ għall-elezzjoni ġenerali b’manifest ċar.
Privitera jgħid li se jivvota Labour u għall-konvenjenza jikkwota b’mod estensiv dak li kellu xi jgħid il-mexxej ta’ l-Azzjoni Nazzjonali, Josie Muscat.
Jekk jaqbel ma’ dak li jemmen Josie Muscat allura hu ċar li jinsab f’pożizzjoni mill-iktar ambigwa.
Jekk l-UE hix agħar minn sentenza tal-mewt ma nistax ngħidu jien. Irid jgħidu l-poplu bil-vot tiegħu matul iż-żminijiet, jekk ikun hemm partit li jressaq quddiemu din l-analoġija.

FEATURES

Iddawnlowdja l-features f'PDF


Iż-żegt bl-għoli



Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier



Dokument ta' qabel... l-elezzjoni



Mimlijin daqs bajda



Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità



Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007



Baħar sħun banju



Għal darb' oħra f'salib it-toroq



Logħba tal- biza'

 

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075