Aħbarijiet | 19 ta’ Awissu 2007 • Nr 42
L-Arċisqof Pawlu Cremona se jkollu sensiela ta’ sitt laqgħat mat-tfal bejn it-tmien snin u t-12, f’eżerċizzju maħsub biex it-tfal ikollom sehem ikbar fil-ħajja tal-Knisja u bl-għan aħħari li titwaqqaf Kummissjoni tat-Tfal fl-Arċidjoċesi ta’ Malta.
L-ewwel tliet laqgħat se jsiru fis-sajf, waqt li tliet laqgħat oħra se jsiru fix-xitwa. Bejn iż-żewġ sessjonijiet ta’ laqgħat, f’Ottubru jew Novembru, se ssir l-assemblea tat-tfal fil-parroċċi.
Fi stqarrija l-Kurja qalet li f’dan il-proċess ta’ inkuraġġiment lit-tfal biex isaħħu s-sehem tagħhom fil-ħajja tal-Knisja, it-tfal se jkollhom l-opportunità li jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom dwar il-ħames għanijiet li l-Knisja f'Malta qed tgħix fid-dawl tal-Pjan Pastorali tagħha. Dawn huma: kif it-tfal insara se jkomplu jibnu ħajjithom fil-fidi permezz tal-formazzjoni, u kif se jwasslu din l-esperjenza tal-fidi lill-oħrajn; kif se jsaħħu l-komunjoni bejniethom u ma' min ikunu, u kif jidħlu fi djalogu mal-kumplament tas-socjetà; kif se jaqdu u jkunu solidali mal-proxxmu li jkun fit-tbatija; kif se jiċċelebraw b'mod ħaj il-laqgħat tagħhom ma' Alla fil-quddies u fis-sagramenti; kif se jgħixu bl-aħjar mod l-esperjenza tagħhom fil-familja.
L-ewwel tliet laqgħat ta’ l-Arċisqof mat-tfal se jsiru kif ġej: It-Tnejn, 20 ta’ Awissu, f’Wied il-Għajn: għat-tfal mill-Fgura, Żabbar, Birgu, Bormla, Isla, Kalkara, Luqa, Raħal Ġdid, Santa Luċija, Tarxien u Wied il-Għajn.
It-Tlieta, 21 ta’ Awissu, fil-Qawra: għat-tfal minn San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Manikata, Burmarrad, Ħal Għargħur, Mġarr, Mosta, Naxxar u Qawra.
Il-Ħamis, 6 ta’ Settembru, f’Birżebbuġa: għat-tfal mill-Gudja, Għaxaq, Marsaxlokk, |ejtun, Kirkop, Mqabba, Qrendi, Safi, Żurrieq u Birzebbuġa.
Il-laqgħat tas-sajf se jsiru fuq iz-zuntier tal-knejjes parrokkjali tat-tliet postijiet konċernati. Il-laqgħat jibdew fis-7.00pm u jieħdu siegħa u kwart.
|
|
FEATURES
Iddawnlowdja l-features f'PDF

Iż-żegt bl-għoli

Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier

Dokument ta' qabel... l-elezzjoni

Mimlijin daqs bajda

Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità

Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007

Baħar sħun banju

Għal darb' oħra f'salib it-toroq

Logħba tal- biza'
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|