MediaToday

Ittri | 19 ta’ Awissu 2007 • Nr 42

Il-Malti u s-sit ta’ l-Università

Minn Joseph A Cachia
Buġibba

Fil-gazzetta tiegħek tal-Ħadd li għadda nkiteb li “l-istudenti (Universitarji) għandhom ikunu mħeġġa b’kull mezz, jekk mhux ukoll sfurzati, jużaw l-Ingliż.”
Meta qrajt dan il-kliem tkexkixt. Ħassejtni li mort lura ħafna u ħafna snin meta l-Maltin kienu ttrattati qishom sefturi ta’ l-Ingliżi u fejn il-Malti, il-lingwa tagħna, lanqas kienet tkun mgħallma fl-skejjel tat-tfal iż-żgħar aħseb u ara fl-Università.
Ixxukkjajt ruħi għal dan il-kliem għax dan ma kitbux xi ħadd komuni, persuna mit-triq, li bosta drabi titkellem bla ma taħseb.
Le, dan il-kliem inkiteb minn ħadd aktar ħlief Mark-Anhony Falzon li fl-ittra tiegħu qalilna li hu “Senior Lecturer fl-Università” u jieħu ħsieb is-sit ta’ l-internet tad-Dipartiment tas-Soċjoloġija.
Jien miniex xi “Senior Lecturer fl-Università” imma Malti. Hu veru li s-sit ta’ l-internet ta’ l-Università ta’ Malta m’għandux ikun bil-Malti għax ‘kważi 300 student jistudjaw il-Malti’. Imma bħalha Malti nħoss li s-sit uffiċjali ta’ l-Università ta’ pajjiżi għandu jkun bil-Malti wkoll. Nixtieq li s-Senior Lecturer fl-Università jinfurmani jekk hawnx xi pajjiż ieħor fid-dinja li għandu università u s-sit ta’ internet tiegħu mhux bil-lingwa tiegħu.
M’għandi xejn kontra l-Ingliż. Imma għandi ħafna għal qalbi lsien pajjiżi. Min jitfa’ lsien pajjiżu wara lsien pajjiż ieħor għandu għax jistħi u lanqas ħaqqu li jissejjaħ Malti. Wara kollox ikun ċaħad parti minn dak li jagħmlu Malti – il-lingwa.
Skond is-Senior Lecturer fl-Università, li għandu d-dover li jgħallem u jiftaħ l-imħuħ l-istudenti tiegħu, hu antikwat min għandu l-mentalità li għax lingwa hi nazzjonali trid tidħol f’kull qasam tal-ħajja. Jien nippreferi nkun antikwat milli noħroġ bl-idea li nisforza lill-istudenti jużaw l-Ingliż.
Kont ħsibt li l-għanqbut tal-kolonjaliżmu u l-lagħqiżmu kien spiċċa. Imma mhux hekk. Ħasra.

FEATURES

Iddawnlowdja l-features f'PDF


Iż-żegt bl-għoli



Ġurnata fil-ħajja ta' pumpier



Dokument ta' qabel... l-elezzjoni



Mimlijin daqs bajda



Il-Korruzzjoni u l-kultura ta' l-illegalità



Id-Dinja r-roża f'Malta ta' l-2007



Baħar sħun banju



Għal darb' oħra f'salib it-toroq



Logħba tal- biza'

 

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075