MediaToday

Aħbarijiet | 05 ta’ Awissu 2007 • Nr 40

269 imħarrka talli rmew loqom ta’ sigarretti fl-art

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Matul l-aħħar tliet snin kien hemm 269 persuni li tħarrku wara li nqabdu jarmu loqom ta’ sigarretti fl-art. Kif ikkonferma l-Ministeru għall-Intern, dawn il-każijiet seħħew matul l-aħħar tliet snin.
Kienu l-‘gwardjani l-ħodor’, li sa ftit ilu kienu jispeċjalizzaw fil-ħruġ ta’ multi għal kontravenzjonijiet ambjentali, li qabdu l-persuni jħammġu fuq il-post.
Teknikament dan ifisser li l-gwardjani ambjentali kienu qed jirnexxilhom jaqbdu żewġ persuni fil-ġimgħa jarmu loqom tas-sigarretti fejn mhux suppost.
B’medja ta’ 90 każ fis-sena, wara tliet snin, l-Awtoritajiet għandhom iżidu fil-karus madwar Lm6,700.
Normalment kull persuna li tinqabad tarmi sigarrett fl-art tkun immultata Lm25.
S’issa għadhom ma nġabrux il-flus kollha dovuti minħabba li numru ta’ multi minnhom għadhom ma tħallsux filwaqt li numru ta’ kontravenzjonijiet li seħħew dan l-aħħar għadhom iridu jidhru quddiem it-Tribunal rispettiv.
Fl-aħħar jiem il-Gvern wera li se jbiddel il-kunċett ta’ gwardjani ambjentali. Anke jekk uffiċjalment mhux qed jingħad li s-sistema falliet, ir-realtà turi li l-Gvern ma kienx kuntent bir-riżultati milħuqa.
Sa llum is-servizz ta’ gwardjani ambjentali kien offrut mill-privat u l-Kunsilli Lokali kienu qed jintalbu Lm9 għal kull siegħa xogħol li jagħmel kull gwardjan.
Din iċ-ċifra kienet meqjusa bħala għolja ħafna u ftit kienu dawk il-kunsilli li felħu jġorru dan il-piż.
Fl-aħħar ġimgħat il-Gvern iddeċieda li jibda jħarreġ 13-il persuna, kollha eks ħaddiema tat-Tarzna, bħala spetturi ambjentali. S’issa għadu mhux magħruf meta din is-sistema l-ġdida se tibda taħdem.


Download the front page of ILLUM in PDF format


Arkivji



Ara x'se jkun hemm f'Reporter
ta' nhar it-Tlieta

Għafas hawn


 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 9016, Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075