Aħbarijiet | 05 ta’ Awissu 2007 • Nr 40
Sarah Attard Gialanze
sagialanze@mediatoday.com.mt Klijenti tal-katina ta’ supermarkets SISA li għadhom qed jistennew li jingħataw oġġetti li huma tagħhom bi dritt wara li kienu daħlu fi skema ta’ punti għandhom il-kelma tad-Diviżjoni tal-Konsumatur li t-tqassim ta’ l-affarijiet għandu jibda mill-ġimgħa d-dieħla.
Kienu ħafna l-klijenti tas-SISA li gergru ma’ din il-gazzetta wara li ilhom xhur sħaħ jistennew oġġetti li kienu għażlu huma u li għalihom kienu ġemmgħu l-punti ma’ kull xirja li għamlu fis-supermarkets.
Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Kompetizzjoni u l-Konsumatur Dr Mireille Vella ikkonfermat li d-Diviżjoni wkoll irċeviet numru ta’ ilmenti minn xerrejja li daħlu fl-iskema tas-SISA.
Hi qalet li d-Diviżjoni ilha ssegwi l-każ mill-bidunett bil-għan li tinstab soluzzjoni li tħares id-drittijiet tal-konsumatur. Skond Vella d-Diviżjoni hi infurmata li l-prodotti ordnati mill-klijenti qegħdin fi triqithom lejn Malta. Hi qalet ukoll li t-tqassim ta’ l-oġġetti se jibda sa mill-ġimgħa d-dieħla u peress li n-numru ta’ prodotti li jridu jitqassmu hu sostanzjali l-proċess mistenni jieħu ftit fit-tul. |
 |

Download the front page of ILLUM in PDF format

Ara x'se jkun hemm f'Reporter
ta' nhar it-Tlieta
Għafas hawn



|