Aħbarijiet | 05 ta’ Awissu 2007 • Nr 40
Kurt Sansone
“Inqas ma tgħid fuqu dan is-suġġett ikun aħjar għalissa biex ma nfixklux il-politika tal-Gvern.”
Din hi t-tweġiba xotta tal-mexxej Laburista Alfred Sant f’intervista ma’ din il-gazzetta meta mistoqsi dwar l-inkwiet tan-nies fuq l-immigrazzjoni illegali.
B’ton għal kollox ’il bogħod mit-twemmin progressiv li suppost iħaddan partit Laburista, l-ikbar problema għal Sant hi li pajjiż żgħir bħal Malta ma jistax jassorbi ammonti kbar ta’ immigranti mingħajr ma tinħoloq problema kulturali u ta’ identità.
Sant isostni ma’ illum li l-problema tinħoloq minn dawk l-immigranti li jitilqu minn pajjiżhom minħabba raġunijiet ekonomiċi u li m’għandhomx status ta’ refuġjat.
“Dawn irridu nibagħtuhom lura f’pajjiżhom,” jgħid anki jekk jaf li jeżistu diffikultajiet kbar biex tibgħat lura lil dawn in-nies. Ippressat jgħid x’politika se jaddotta l-MLP fil-konfront ta’ dawk li huma fostna jistennew li xi darba jintbagħtu lura Sant isostni li l-partit ma jaqbilx li għandhom ikunu hawn “fuq bażi permanenti.”
“Madankollu waqt li qegħdin hawn fuq bażi temporanja, irridu nirrispettaw id-dinjità tagħhom u fl-istess ħin id-dinjità tal-poplu Malti. Iżda ma rridux ninsew li dak li nagħmlu magħhom fuq bażi temporanja waqt li qegħdin hawn jista’ jħalli impatt fuq min jista’ jiġi hawnhekk. Għalhekk ninħtieġu l-għajnuna Ewropea,” isostni Sant.
Aqra l-intervista ma’ Alfred Sant |
 |

Download the front page of ILLUM in PDF format

Ara x'se jkun hemm f'Reporter
ta' nhar it-Tlieta
Għafas hawn



|