Aħbarijiet | 29 ta’ Lulju 2007 • Nr 39
Minkejja l-isforz biex il-bank HSBC jidher li qed joffri pakkett aħjar għax hu bank li ssibu f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja, ir-realtà turi mod ieħor.
Is-slogan ewlieni tal-Bank HSBC hu “Bank dinji, bank lokali”. Iżda l-kelma ‘lokali’ żgur ma tistax tapplika għat-tariffi li jimplimenta dan il-bank. Jidher biċ-ċar li apparti l-logo u l-kuluri li juża, il-bank m’għandux uniformi waħda għall-pajjiżi kollha tiegħu.
Meta wieħed juża xi credit card tal-HSBC, fosthom Visa f’ATM ta’ l-istess bank f’Malta, jeħel tariffa minima ta’ 0.25 ċenteżmu (0.58 ewro). Iżda jekk Malti jagħmel l-istess transazzjoni minn ATM tal-HSBC f’pajjiż barrani jeħel tariffa ta’ erba’ darbiet aktar, ta’ Lm 2.00
(4.66 ewro).
B’hekk klijent Malti tal-HSBC li jkun fuq btala barra l-pajjiż jidħol fi spejjeż żejda u mhux qed ikun aġevolat minkejja l-fatt li jkun klijent ta’ bank li jiftaħar li hu bank globali.
Mitlub minn Illum biex jikkummenta dwar dan l-HSBC għażel li ma jweġibx u dan minkejja li ta l-impressjoni li kien se jagħtina tweġiba sa nhar il-Ġimgħa. |
 |

Download the front page of ILLUM in PDF format

Ara x'se jkun hemm f'Reporter
ta' nhar it-Tlieta
Għafas hawn



|