Aħbarijiet | 29 ta’ Lulju 2007 • Nr 39
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Jekk l-Isptar Mater Dei sal-lum kien imlaqqam minn ħafna bħala l-isptar li reda’ flus il-poplu issa hemm ċans kbir li naraw lil dan l-istess sptar jikser rekord ieħor marbut ma’ l-irdigħ.
It-tir hu li nhar l-Erbgħa 8 ta’Awissu fl-Isptar Mater Dei jinġabru 100 omm bit-trabi tagħhom u fl-istess ħin ma’ mijiet ta’ ommijiet f’pajjiżi oħra jreddgħu lil uliedhom.
Malta se tkun tingħaqad f’dan l-avveniment dinji biex tippromwovi l-benefiċċji tat-treddigħ lit-trabi. Jekk il-miri kollha jintlaħqu isem Malta jitniżżel fil-Guinness Book of World Records talli tkun ħadet sehem fil-kompetizzjoni
tat-treddigħ sinkronizzat.
Il-promoturi f’Malta għall-kompetizzjoni lokali huma l-Malta Breastfeeding Foundation u d-Dipartiment għall-Promozzjoni għas-Saħħa.
Sa din il-ġimgħa kienet għadha għaddejja tfittxija għal aktar ommijiet li lesti jidħlu għal din l-isfida.
It-treddigħ hu meqjus bħala l-aqwa sors ta’ nutrijenti għat-trabi tat-twelid u hu rakkomandat sakemm it-tfal ikollhom sena jew aktar. Diversi gvernijiet jippromwovu dan il-kunċett, inkluża l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. |
 |

Download the front page of ILLUM in PDF format

Ara x'se jkun hemm f'Reporter
ta' nhar it-Tlieta
Għafas hawn



|