Aħbarijiet | 29 ta’ Lulju 2007 • Nr 39
Kurt Sansone
Kien Frar ta’ l-2005, l-aħħar ġurnata li fiha l-Kummissjoni Elettorali kienet qed tilqa’ n-nomini ta’ kandidati għall-elezzjonijiet lokali li kellhom isiru f’Marzu, meta f’mossa li sal-lum għadha qatt ma ġiet spjegata l-Partit Nazzjonalista rtira numru ta’ kandidati miż-Żejtun u l-Marsa biex l-elezzjonijiet f’dawk iż-żewġ lokalitajiet ma jsirux.
Id-deċiżjoni tal-PN ċaħħdet lin-nies taż-Żejtun u tal-Marsa milli jesprimu l-verdett tagħhom bil-vot u fissret ukoll li l-Partit Nazzjonalista kien se jkollu biss kunsillier wieħed minflok tnejn fiż-żewġ lokalitajiet rispettivi.
F’intervista ma’ din il-gazzetta, il-Whip Nazzjonalista Mario Galea, li hu elett mid-distrett taż-Żejtun, jammetti li d-deċiżjoni li ttieħdet dakinhar mill-PN kienet żball.
“Il-fatt li ma kkontestajniex l-elezzjonijiet lokali tal-Marsa u ż-Żejtun kien żball. Ovvjament hemm ir-responsabbiltà kollettiva u jien ukoll għandi sehem minn dak l-iżball,” qal Galea.
Fl-intervista Galea jitkellem dwar il-PN u n-Nofsinhar ta’ Malta, il-każ Mugliett, il-partit ta’ Josie Muscat u l-immigrazzjoni illegali.
Ara l-intervista |
 |

Download the front page of ILLUM in PDF format

Ara x'se jkun hemm f'Reporter
ta' nhar it-Tlieta
Għafas hawn



|