01 ta' Lulju 2007 • Nr 35

Arkivji




 

 

 

01 ta' Lulju 2007
Bob Sinclar u Steve Edwards għal Malta

Bob Sinclar id-dj Franċiż magħruf għall-mużika house se jkun il-mistieden speċjali tal-Coca Cola X-fm Music Festival li se jsir fil-Gianpula Fields nhar il-21 ta’ Lulju. Miegħu se jkun hemm ukoll Steve Edwards, il-vuċi wara Watch the Sunrise, World Hold On u Somewhere Beyond.
L-organizzatur Eman Pulis qal, “Aħna privileġġati li se nġibu lil dawn iż-żewġ DJ’s magħrufin fuq skala internazzjonali. Kemm Bob Sinclar kif ukoll Steve Edwards huma meqjusin ħafna madwar id-dinja u r-rispons li kellna min-nies kien kbir. Minbarra dan it-tliet sigħat ta’ mużika mogħtija mid-DJ Franċiż se jkun hemm ukoll areni oħra li joffru mużika Latina, rock, etnika u R’n’B.”
Ira Losco, Salt, Scream Daisy u Bitterside huma wħud mill-ftit li se jieħdu sehem fl-arena tar-rock. Magħhom hemm ukoll Indigo li se tkanta uħud mill-aħħar diski tagħha.
Għall-aktar informazzjoni żur www.overview.com.mt u www.basement.com.mt. Iċċekkja r-rivista Juice għall-intervista esklussiva ma’ Bob Sinclar.
L-ewwel numru ta’ biljetti se jinbiegħu Lm9.50 u jinxtraw minn Chemimart, Kodak u l-ħwienet ta’ Springfield. Ċempel 79496802.

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt