24 ta' Ġunju 2007
Il-Festa ta’ Sta Marija ċelebrata bil-kbir fil-Gianpula Fields
Chicane, Ferry Corsten u Hernan Cattaneo se jkunu l-mistednin specjali għas-SWINGER Masterclass Sessions – The Open Air Special fil-15 ta’ Awwissu fil-Gianpula Fields.
Chicane, waħda mill-aktar bands magħrufa għall-mużika Dance, se jdoqqu għal siegħa u nofs f’kunċert live b’bosta xogħlijiet Baleariċi klassiċi tagħhom bħal Salt Water, Offshore u Halycon u diski aktar kummerċjali li daqqew ma’ kantanti oħra magħrufa bħal Don’t Give Up ta’ Bryan Adams u Stoned in Love ta’ Tom Jones. Fix-xahar li ġej se joħorġu d-diska tagħhom li jmiss Come Tomorrow li mistennija tilħaq il-quċċati tad-diski preferuti.
Id-DJ u produttur Daniż Ferry Corsten se jkun qed idoqq bosta diski fosthom Fire, Rock Your Body Rock u Punk u xi remixes li għamel ta’ artisti internazzjonali New Years Day tal-U2, Reach Up For The Sunrise tad-Duran Duran u Why Go? tal-Faithless.
Hernan Cattaneo se jkun qed idoqq parti mis-Sequential Vol. 2 World Tour tiegħu. B’aktar minn 120 avvenimenti fis-sena, Cattaneo bla dubju hu wieħed mill-iktar DJ’s imfittex fid-dinja.
Dan l-avveniment qed jorganizzawh Fresh Music Agency www.freshevents.info) flimkien mal-Gianpula (www.gianpula.com) u se jsir fil-Gianpula fil-limiti tar-Rabat. Jibda mis-6pm u jibqa’ għaddej sa l-4am.
DJ’s oħra għal matul l-avveniment huma J Joy, Miss Roberta, Ruby, Joseph Armani, Carl Bee, Tenishia u aktar. Il-biljetti joħorġu għall-bejgħ mit-2 ta’ Lulju. L-ewwel 1,000 jinbiegħu Lm8.50 u 250 biljett VIP jiswew Lm20. Dawn jinxtraw mill-ħwienet kollha ta’ l-iSwinger f’Baystreet, fir-Raħal Ġdid, fil-Mosta u f’Għawdex, minn White Arrow fl-Imsida u FACT f’Ħal Qormi. Għal ibbukkjar u aktar informazzjoni ċempel fuq 99373740.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt