Nirringrazzja lill-ġurnalista Julia Farrugia għax bl-inizjattiva tagħha akkwistajt affarijiet bżonnjużi għall-familja tiegħi mingħand il-Community Chest Fund.
Jien l-omm separata b’żewġt itfal li kitbet fuqi Farrugia fil-ġimgħat li għaddew.
Nissuġġerixxi li l-Community Chest Fund għandha tinvestiga kull każ ta’ persuni li jixtiequ l-għajnuna tagħha billi jibagħtu ħaddiem soċjali fid-dar kemm jista’ jkun malajr u jara jekk dik il-familja verament għandhiex bżonn l-għajnuna.
Billi t-talbiet li jirċievu l-Community Chest Fund huma numerużi nissuġġerixxi li din l-għaqda volontarja titlob l-għajnuna ta’ l-Aġenzija Appoġġ u aġenziji oħra nazzjonali li għandhom ħaddiema soċjali jaħdmu fil-komunità biex dawn jivverifikaw jekk familja għandhiex tingħata għajnuna jew le u jekk il-każ huwiex urġenti jew le.
Grazzi lil Julia u grazzi lill-Community Chest Fund li pprovdietli affarijiet bżonjużi biex nipprova nkompli nieħu ħsieb uliedi u mhux inkun kostretta li nibagħthom f’xi istitut.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt