10 ta' Ġunju 2007 Dan hu l-partit il-ġdid? Karl Stagno Navarra It-tnedija tal-Partit Azzjoni Nazzjonali lbieraħ mit-Tabib Josie Muscat, l-imprenditur Anġlu Xuereb u l-lecturer universitarju Philip Beattie ssarrfet f'diżappunt għall-elettorat hekk kif tħabbru biss il-prinċipji u t-twemmin tal-partit iżda mhux in-nies li jistgħu jkunu t-tweġiba għall-aspettattiva ta' ħafna votanti diżillużi miż-żewġ partiti ewlenin.
Il-Partit Laburista iktar mifrud iżda rebbieħ James Debono Stħarrig tal-gazzetti Illum u MaltaToday juri li l-Partit Laburista hu meqjus bħala partit iktar mifrud mill-Partit Nazzjonalista anki jekk l-istess stħarriġ juri li l-MLP jgawdi vantaġġ ta' 7% fuq il-PN.
Austin Gatt vs Maltapost: “Ħadtu deċiżjoni mnawra” Gerald Fenech Hekk kif is-sħana diġà bdiet tagħmel tagħha, wara tilwima industrijali, il-Management tal-Maltapost reġa' jinsab taħt kritika: din id-darba mill-Ministru Austin Gatt.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt