20 ta' Mejju 2007 • Nr 29

Arkivji




 

 

 

20 ta' Mejju 2007
Xogħol ieħor minn Hats & Tales

whodancedit? hu l-aħħar xogħol teatrali mtella’ minn Hats & Tales, it-tielet wieħed mill-proġetti li għandhom pjanati. Il-grupp, immexxi minn Nicole Cuschieri u Annabelle Galea, għandu l-għan li jibni network artistiku. Għalkemm fuq skala żgħira, permezz tiegħu artisti Maltin u barranin li joqogħdu f’Malta qegħdin jingħaqdu biex joħolqu xogħol kreattiv. Fost ħafna proġetti l-grupp s’issa tella’ żewġt iljieli letterarji fil-Belt.
whodancedit? hu dramm oriġinali miktub u dirett minn Cuschieri stess u Chris Galea li jikkonsisti f’erba’ karattri strambi li jsibu ruħhom f’post aktar stramb fil-preżenza ta’ katavru. Ħadd minnhom ma għandu ma jaf min hu dan il-katavru u lanqas kif huma sabu ruħhom f’dan il-post.
L-istorja tkompli tiżvolġi f’atmosfera makabra, b’affarijiet misterjużi li jkomplu jseħħu madwarhom. Imma kollox qed jiġri qisu xejn mhu xejn. Kulma jafu hu li l-mewta hi l-uniku mod biex joħorġu minn din is-sitwazzjoni!
L-atturi li qed jieħdu sehem huma Kirsten Holland, Chris Galea, Annabelle Galea, Domenic Dimech u Gilbert Micallef. Il-mużika oriġinali hi ta’ KrisuKola.
Dan id-dramm se jsir fil-25, 26 u 27 ta’ Mejju fl-MITP, fi Triq San Kristofru, il-Belt. Il-biljetti jinqatgħu 21223200. Għal iktar informazzjoni tista’ tibgħat fuq citycircus@gmail.com jew iċċempel fuq 79911200 jew iżżur http://www.myspace.com/hatsandtales.
Id-dramm ‘whodancedit?’ hu preżentat bil-koperazzjoni tal-Ministeru tat-Turizmu u Kultura.

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt