15 ta' April 2007 • Nr 24

Arkivji




 

 

 

15 ta' April 2007
Jum il-Ħaddiem bid-daqq u l-kant

Il-Partit Laburista biddel għal kollox l-istil taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ l-1 ta’ Mejju ta’ din is-sena u fuq mudell Ewropew se jkun qed joffri kunċert b’xejn lill-poplu Malti, xi ħaġa ferm differenti mill-karrijiet tas-soltu.
Il-kunċert se jittella’ l-Belt nhar l-1 ta’ Mejju. Mifrux fuq medda ta’ tliet sigħat mistenni jinkludi talent internazzjonali u lokali.
Il-qofol se jintlaħaq fi Pjazza Ħelsien li se tara kantanti kbar bħal Alessandro Canino li jibqa’ famuż għall-kanzunetta Brutta, Toto Cotugno, id-disc jockey Taljan Alex Tamburini u l-grupp Katrina and the Waves li fl-1997 rebaħ il-Eurovision. Se jkun hemm ukoll il-Winter Moods, Scar u Olivia Lewis.
Fil-Belt se jintramaw b’kollox tliet palks f’inħawi differenti. Fost l-oħrajn quddiem il-Parlament se jkun hemm spettaklu mill-Big Band Brother li bi 18-il mużiċist ikunu qed idoqqu live mużika popolari u jazz.

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt