15 ta' April 2007
Min jaħti għall-kanċer fost it-tfal?
Minn Grace Buttigieg, Birkirkara
Qrajt b’interess l-istorja dwar il-kanċer fost it-tfal tal-Ħadd li għadda. Hi sitwazzjoni tal-biża’ li jkollok tfal iħabbtu wiċċhom ma’ din il-marda li donnha qatt m’hu se nsibulha tarfha.
Għaddieli ħsieb żgħir minn moħħi waqt li kont qed naqra. Min jaf jekk fost il-kawżi li qed iwasslu għall-kanċer hemmx il-kilba tagħna li nieklu ikel proċessat b’ħafna priservattivi biex jibqa’ tajjeb fit-tul kontra dak li trid in-natura?
Min jaf naħtux aħna kull meta nużaw il-karozzi privati anki għal qadjiet li faċilment jistgħu jsiru bil-mixi?
Min jaf jekk il-ħafna apparat elettroniku li jagħmlilna ħajjitna iktar komda u faċli hux ukoll il-kaġun taż-żieda fl-għadd tal-kanċer?
Min jaf jekk l-istil ta’ ħajja iktar mgħaġġla b’nuqqas ta’ ħin għall-eżerċizzju fiżiku u serħan mentali hux ukoll kaġun ta’ din il-problema?
Filwaqt li staqsejt dawn id-domandi lili nnifsi tkexkixt għax kultant x’tagħmel u x’ma tagħmilx fil-ħajja mhux tant jiddependi minnek u allura kollox jibqa’ għaddej kif inhu.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt