01 ta' April 2007
Is-17-il edizzjoni tal-Malta Journalism Awards
F’tentattiv biex il-kmamar ta’ l-aħbarijiet jersqu lejn livell akbar ta’ maturità l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin nieda kunċett ġdid fis-17-il edizzjoni ta’ l-Awards tal-Ġurnalisti Maltin.
Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ dawn il-premijiet, minbarra mill-ġurnalisti nfushom, il-kapijiet tal-kamra ta’ l-aħbarijiet jew edituri se jkunu jistgħu jinnominaw u jissottomettu xogħol ta’ ġurnalisti li jaħdmu ma’ xi kamra ta’ aħbarijiet oħra.
Malcolm J Naudi, Chairperson ta’ l-IĠM, iddeskriva dan il-pass bħala wieħed ġdid fil-qasam ġurnalistiku.
Organizzazzjonijiet, għaqdiet u korporazzjonijiet jistgħu ukoll jinnominaw xogħlijiet li fil-fehma tagħhom għandhom ikunu rikonoxxuti għall-impatt u l-ġid li jkunu ħolqu
bix-xogħol ġurnalistiku.
Is-sottomissjonijiet għal dawn l-Awards se jintlaqgħu nhar l-Erbgħa 11 ta’ April bejn is-6.00pm u s-7.30pm f’104, Triq Zekka, il-Belt.
L-applikazzjonijiet u
r-regolamenti jinkisbu minn
www.maltapressclub.org.mt
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt