01 ta' April 2007 • Nr 22

Arkivji




 

 

 

01 ta' April 2007
Swarovski jagħżlu lil Malta

Karl Stagno-Navarra

Swarovski, il-kumpannija ta’ prestiġju internazzjonali hi interessata li tibda topera ċentru ta’ riċerka u żvilupp ta’ prodotti f’Malta, fil-jiem li għaddew għażlet lil Malta bħala l-palk internazzjonali għat-tnedija tal-kollezzjoni l-ġdida ta’ ġojjellerija, ħwejjeġ u dekorazzjonijiet domestiċi għall-istaġun tal-ħarifa u x-xitwa 2008.
Swarovski hi magħrufa mad-dinja kollha għall-manifattura ta’ kristall u bejn it-Tlieta u l-Erbgħa li għaddew ġabu Malta madwar 100 ġurnalista minn madwar l-Ewropa kollha biex attendew għall-inawgurazzjoni dinjija tal-kollezzjonijiet il-ġodda.
Diversi membri tal-familja storika Awstrijaka Swarovski kienu Malta għal dan l-avveniment u kellhom kliem kbir ta’ tifħir għalll-kumpanniji Maltin kollha li għenu biex l-attivitajiet f’Malta kienu suċċess.
Hu stmat li matul il-jumejn ta’ attivitajiet f’Malta, il-kumpannija Swarovski nefqet b’madwar Lm500,000 li l-parti l-kbira minnhom ntefqu ma’ kumpanniji Maltin.
Helmut Swarovski, wieħed mid-diretturi tal-kumpanija, hu l-Konslu Onorarju ta’ Malta fl-Awstrija u waqt żjara f’Malta fil-bidu tas-sena meta attenda għal-laqgħa tal-Konsli mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo, kien wera x-xewqa li Swarovski tiftaħ impjant għar-riċerka u l-iżvilupp tal-prodotti tagħha.

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt