01 ta' April 2007
Mintoff lura għall-ħidma volontarja
Julia Farrugia
Dom Mintoff, eks Prim Ministru Laburista li din is-sena jagħlaq 91 sena, reġa’ lura għall-ħidma volontarja.
Fil-ġimgħat li għaddew Mintoff bagħat għal numru ta’ persuni biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lis-Sammaritani, għaqda volontarja mwaqqfa mill-perit stess snin twal ilu.
Dan ikkonfermah Ġorġ Agius, eks Segretarju tal-General Workers’ Union u li ma’ Mintoff kien il-bniedem li tela’ fuq il-monument tal-Ħelsien meta telqu l-Ingliżi fl-1979.
F’intervista ma’ Illum Agius jitkellem dwar il-mixja ta’ Malta għall-Ħelsien u r-relevanza tal-Ħelsien issa li Malta hi msieħba fl-Unjoni Ewropea.
Ġorġ Agius jitkellem dwar episodji partikolari fil-ħidma tiegħu qrib Duminku Mintoff, fosthom kif irreaġixxa l-perit meta l-prezz taż-żejt għola b’400 fil-mija fl-1973. Ara l-intervista
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt