01 ta' April 2007 • Nr 22

Arkivji




 

 

 

01 ta' April 2007
Rapporti bla sustanza

Matul iż-żmien il-Partit Laburista ippubblika diversi rapporti kważi fuq kull qasam tal-ħajja.
Meta wieħed jifli dawn ir-rapporti jsib ħafna kliem u ftit li xejn proposti. Qed niftakar, per eżempju, meta fir-rapport dwar is-saħha jgħidu li jridu jnaqqsu l-lista ta’ stennija għall-operazzjonijiet fl-isptar bi 15 fil-mija imma kif dan se jsir ma jgħidux. Barra minhekk f’dawn ir-rapporti jissemmew affarijiet li jridu jsiru meta dawn jew saru diġà jew qegħdin fil-fażi li jsiru.
Dawn ir-rapporti juru l-faqar tal-ħsieb u l-viżjoni tal-Partit Laburista. Xejn konkrett u tanġibbli. Rapporti bla sustanza. Minn dawn ir-rapporti jidher biċ-ċar li l-Partit Laburista mhux lest biex jieħu t-tmexxija tal-pajjiż f’idejh.

J. Busuttil
Ħaż-Żabbar

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt