01 ta' April 2007 • Nr 22

Arkivji




 

 

 

01 ta' April 2007
Għandu jispiċċa mid-dekasteru

Ix-xenati u t-tmasħin ta’ Stavros Dimas, il-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, fil-kuntest tad-delizzju tal-kaċċa u l-insib u l-prattika tiegħu fl-istaġun tar-rebbiegħa ma kellhom qatt jiġu indirizzati lejn pajjiżna.
Għandu jdur lejn min kien in-negozjatur ewlieni minn Malta appuntat mill-Gvern li qasam ħsiebu ma’ dawk ta’ negozjaturi oħrajn mill-Unjoni Ewropea biex ikun aktar faċli għal pajjiżna biex jissieħeb bħala membru sħiħ, li għaġgel u naqas minn dmiru akkost ta’ kull ftehim li l-komunità Maltija ma kinetx taf bih.
Dan kollu fid-dawl tar-riżoluzzjoni li tressqet fil-Parlament Ewropew dan l-aħhar u d-deroga li ma saritx u ma ntalbitx biex id-delizzju tal-kaċċa u l-insib seta’ jkun prattikat fl-istaġun tar-rebbiegħa.
Għaldaqstant l-irresponsabbiltà li l-Kummissjoni għall-Ambjent ta’ l-UE qed takkuża biha lil Malta għandu jerfagħha l-Gvern tal-ġurnata.
L-affarijiet jidhru li huma ferm differenti minn dawk li qed jingħadu. Xhieda ta’ dan huma fatti dokumentati li l-Moviment Kaċcaturi Nassaba Ambjentalisti (MKNA) għandu f’idejh.
Ma jistax ikun li l-kaċcaturi u n-nassaba jibqgħu jiġu mdawrin żugraga mill-Gvern tal-ġurnata u l-famuż Kumitat Ornis meta dawn kienu qalulhom affarijiet li ma kinux vera u li issa nkixfu minn Stravros Dimas.
Il-kredibbiltà politika li xliena biha l-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent Stavros Dimas internazzjonalment ma jħallu l-ebda triq loġika għalfejn il-Ministru għall-Ambjent il-Perit George Pullicino m’għandux itemm id-dekasteru tiegħu jiem jew xhur qabel itemm il-mandat governattiv sħiħ tiegħu.
Il-Ministru qed iservi u jimplimenta affarijiet bl-addoċċ li m’humiex konformi ma’ dak li kien miftiehem mal-Kummissjoni għall-Ambjent ta’ l-UE, b’detriment serju lejn id-dilettanti tal-kaċċa u l-insib, meta kien jaf li d-deroga li kellha ssir biex seta’ jsir insib u kaċca fir-rebbiegħa ma saritx.

 

Edward Decelis
Segretarju Ġenerali
MKNA
Mosta

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt