25 ta' Marzu 2007 • Nr 21

Arkivji




 

 

 

25 ta' Marzu 2007
Walter Micallef iniedi l-album il-ġdid

Il-kantawtur Walter Micallef nhar il-Ġimgħa li għadda nieda l-album il-ġdid tiegħu, Ħamsin, f’kunċert li sar fil-power station l-antika fil-Valletta Waterfront quddiem udjenza mdaqqsa.
Walter u l-ħbieb, fosthom il-perkussjonista Renzo Spiteri, daqqew melodija wara l-oħra mill-album il-ġdid li jinkludi diski b’messaġġ soċjali qawwi.
Fost l-għanjiet ta’ Micallef, ‘L-Aħħar Sekondi’, li f’żewġ strofi jiddeskrivi l-mewta bil-mod ta’ għasfur li ntlaqat minn tir ta’ kaċċatur.
Ħamsin jinkludi wkoll diski bħal Għaċ-Ċkejkna u Ma Temminnix li jitkellmu dwar l-abbuż domestiku u relazzjonijiet barra miż-żwieġ rispettivament. Il-lirika ta’ Micallef tintiseġ mill-esperjenzi ta’ kuljum, ġrajjiet li għadda minnhom hu, sħabu jew li seħħew madwaru.
Kulmin irid jixtri s-CD jista’ jagħmel kuntatt bl-email: contact@waltermicallef.com.

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt