25 ta' Marzu 2007
Profitti ikbar għall-GlobalCapital
Il-GlobalCapital ħabret profitti ta’ iktar minn Lm3 miljuni qabel il-qtugħ tat-taxxa għas-sena 2006, żieda ta’ kważi 21 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.
Nhar il-Ġimgħa l-bord tad-diretturi ta’ GlobalCapital qablu li jirrakkomandaw lill-azzjonisti biex jitħallas dividend gross ta’ ċenteżmu għal kull sehem flimkien ma’ dividend gross speċjali ta’ ħames ċenteżmi kull sehem.
Il-laqgħa annwali ta’ l-azzjonisti ta’ GlobalCapital se ssir fid-29 ta’ Ġunju.
F’kumment li ta wara li tħabbru dawn ir-riżultati, Christopher J. Pace, Chairman ta’ GlobalCapital plc, sostna li kien xieraq li l-azzjonisti li appoġġjaw lill-kumpanija tul dawn l-aħħar snin igawdu wkoll minn dawn il-profitti.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt