25 ta' Marzu 2007
Kemm se jiswina l-Isptar Mater Dei
Nixtieq nikkumplimenta lil Wenzu Mintoff għall-artiklu tiegħu tal-Ħadd li għadda fuq l-Isptar Mater Dei. Imma naħseb li jkun interessanti wkoll jekk xi darba jinkiteb artiklu dwar kemm se jkun jiswa l-isptar kull xahar jew kull sena.
Mhux lakemm Gonzi jiftaħar bit-teknoloġija u l-air condition li hemm fl-isptar għax tiġik waħedha l-mistoqsija ta’ kemm se jiġi jiswa dan l-imbierek sptar għax ta’ pajjiż sinjur li aħna l-enerġija alternattiva ma tantx tidħol fid-dizzjunarju tal-Gvern.
Nista’ biss nobsor l-ammont kbir li se jiġi jiswina!
Carmen Caruana
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt