25 ta' Marzu 2007 • Nr 21

Arkivji




 

 

 

25 ta' Marzu 2007
Ringrazzjament lir-residenti tal-Munxar

Bħala l-kandidat ta’ l-Alternattiva Demokratika għall-elezzjonijiet tal-kunsill lokali tal-Munxar u x-Xlendi fl-10 ta’ Marzu li għadda, nesprimi l-apprezzament tiegħi lir-residenti talli tgħajtuni l-appoġġ u wrejtu fiduċja fija permezz tal-vot tagħkom.
Minkejja li għal żewġ voti ma kontx elett fil-kunsill f’din l-okkażjoni, nittama li r-riżultat li ġibt jagħtikom sodisfazzjon bħalma ta lili.
Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li eżerċitaw id-dritt demokratiku tagħhom billi vvutajtu f’din l-elezzjoni.

Michael Angelo Bajada
Munxar

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt